+Artikolu 88 Identifikaturi uniċi skorretti
---+Artikolu 88 1.
---+Artikolu 88 2.
---+Artikolu 88 3.
---+Artikolu 88 4.
---+Artikolu 88 5.

Artikolu 88 Identifikaturi uniċi skorretti

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 88 1.
Jekk ordni ta’ pagament tkun imwettqa skont l-identifikatur uniku, l-ordni ta’ pagament għandha titqies li twettqet b’mod korrett fir-rigward tal-benefiċjarju speċifikat mill-identifikatur uniku.
Artikolu 88 2.
Jekk l-identifikatur uniku pprovdut mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament ma jkunx korrett, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ma għandux ikun responsabbli skont l-Artikolu 89 għan-nuqqas ta’ esekuzzjoni jew għal esekuzzjoni difettuża tat-tranżazzjoni ta’ pagament.
Artikolu 88 3.
Madankollu, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur għandu jagħmel sforzi raġonevoli biex jirkupra l-fondi involuti fit-tranżazzjoni ta’ pagament. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu jikkoopera f’dawn l-isforzi wkoll billi jikkomunika lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur l-informazzjoni rilevanti kollha għall-ġbir ta’ fondi.

Fil-każ illi l-ġbir ta’ fondi skont l-ewwel subparagrafu preċedenti ma jkunx possibbli, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur għandu jagħti lill-pagatur, fuq talba bil-miktub, l-informazzjoni kollha disponibbli għall-fornitur tas-servizz ta’ pagament tal-pagatur u li tkun rilevanti għall-pagatur biex il-pagatur jagħmel talba legali biex jirkupra l-fondi.

Artikolu 88 4.
Jekk miftiehem fil-kuntratt qafas, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jitlob ħlas għall-irkupru mill-utent tas-servizzi ta’ pagament.
Artikolu 88 5.
Jekk l-utent tas-servizzi ta’ pagament jipprovdi informazzjoni addizzjonali ma’ dik speċifikata fil-punt (a) tal-Artikolu 45(1) jew fil-punt (2)(b) tal-Artikolu 52, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jkun responsabbli biss għall-esekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament skont l-identifikatur uniku provdut mill-utent tas-servizzi ta’ pagament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L2366
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.