+Artikolu 89 1.

Artikolu 89 1.

Meta ordni ta’ pagament tinbeda direttament mill-pagatur, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur, għandu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 71, l-Artikolu 88(2) u (3) u l-Artikolu 93, ikun responsabbli lejn il-pagatur għall-esekuzzjoni korretta tat-tranżazzjoni ta’ pagament, sakemm ikun jista’ jagħti prova lill-pagatur u, meta rilevanti, lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju rċieva l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament skont l-Artikolu 83(1). F’dak il-każ, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu jkun responsabbli lejn il-benefiċjarju għall-esekuzzjoni korretta tat-tranżazzjoni ta’ pagament.

Fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur ikun responsabbli taħt l-ewwel subparagrafu, hu għandu mingħajr dewmien bla bżonn iħallas lura lill-pagatur l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagamnt mhux esegwita jew difettuża u, fejn applikabbli, ireġġa’ lura l-kont ta’ pagament iddebitat għall-istat li fih kien ikun li kieku t-tranżazzjoni ta’ pagament difettuża ma saritx.

Id-data tal-valur tal-kreditu għall-kont ta’ pagament tal-pagatur ma għandhiex tkun aktar tard mid-data li fiha l-ammont kien iddebitat.

Fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju jkun responsabbli skont l-ewwel subparagrafu, hu għandu minnufih iqiegħed l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju u, fejn applikabbli, jikkredita l-ammont korrispondenti fil-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju.

Id-data ta’ valur tal-kreditu għall-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju ma għandhiex tkun mhux aktar tard mid-data li fiha l-ammont kellu jingħata data ta’ valur li kieku t-tranżazzjoni tkun saret korrettament skont l-Artikolu 87.

Fejn tranżazzjoni ta’ pagament tiġi esegwita tard, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu jiżgura, fuq it-talba tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur li jkun qed jaġixxi f’isem il-pagatur, li d-data ta’ valur tal-kreditu ma tkunx aktar tard mid-data li fiha l-ammont kellu jingħata data ta’ valur li kieku t-tranżazzjoni tkun saret korrettament.

Fil-każ ta’ tranżazzjoni ta’ pagament mhux esegwita jew esegwita b’mod difettuż meta l-ordni ta’ pagament tinbeda mill-pagatur, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur, irrispettivament mir-responsabbiltà skont dan il-paragrafu, meta ssirlu talba, għandu jagħmel sforzi immedjati biex jittraċċa t-tranżazzjoni ta’ pagament u jinnotifika lill-pagatur bl-eżitu. Dan għandu jkun mingħajr ħlas għall-pagatur.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L2366
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.