+Artikolu 101 2.

Artikolu 101 2.

L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jagħmlu kull sforz possibbli biex iwieġbu, fuq il-karta jew, jekk ikun hemm qbil dwar dan bejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament u l-utent ta’ servizzi ta’ pagament, fuq mezz durevoli ieħor, għall-ilmenti tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament. Tweġiba bħal din għandha tindirizza l-punti kollha mqajma, fi żmien perijodu adegwat u mhux aktar tard minn fi żmien 15-il jum ta’ negozju minn meta jkun ġie riċevut l-ilment. F’sitwazzjonijiet eċċezzjonali, jekk it-tweġiba ma tistax tingħata fi żmien 15-il jum ta’ negozju għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, huwa jkun obbligat li jibgħat tweġiba proviżorja, li tindika b’mod ċar ir-raġunijiet għad-dewmien fl-għoti tat-tweġiba għall-ilment u tispeċifika l-iskadenza sa meta l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ser jirċievi t-tweġiba finali. Fi kwalunkwe każ, l-iskadenza biex tiġi riċevuta t-tweġiba finali ma għandhiex taqbeż 35 jum ta’ negozju.

L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu regoli dwar proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim li jkunu aktar vantaġġużi għall-utent ta’ servizzi ta’ pagament minn dik imsemmija fl-ewwel subparagrafu. Meta jagħmlu hekk, dawk ir-regoli għandhom japplikaw.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L2366
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.