+Artikolu 5a Definizzjonijiet speċifiċi għall-kriptoassi

Artikolu 5a Definizzjonijiet speċifiċi għall-kriptoassi

Artikolu 5a

Definizzjonijiet speċifiċi għall-kriptoassi

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“kriptoassi” tfisser kriptoassi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (5), tar-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 20 ) li mhuwiex munita diġitali tal-bank ċentrali;

(2) 

“token tal-flus elettroniċi” jew “token tal-flus elettroniċi” tfisser token tal-flus elettroniċi jew token tal-flus elettroniċi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (7), tar-Regolament (UE) 2023/1114;

(3) 

“skopertura tal-kriptoassi” tfisser assi jew element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ relatat ma' kriptoassi li jagħti lok għal riskju ta' kreditu, riskju ta' kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, riskju operazzjonali jew riskju tal-likwidità;

(4) 

“assi tradizzjonali” tfisser kwalunkwe assi għajr kriptoassi, inkluż:

(a) 

strumenti finanzjarji kif definiti fl-Artikolu 4(1), il-punt (50), ta' dan ir-Regolament;

(b) 

fondi kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (25), tad-Direttiva (UE) 2015/2366;

(c) 

depożiti kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (3), tad-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 21 ), inkluż depożiti strutturati;

(d) 

pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni fil-kuntest ta' titolizzazzjoni kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2017/2402;

(e) 

prodotti tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja jew tal-ħajja li jaqgħu fil-klassijiet tal-assigurazzjoni elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2009/138/KE jew kuntratti ta' riassigurazzjoni u retroċessjoni msemmija f'dik id-Direttiva;

(f) 

prodotti tal-pensjoni li, skont il-liġi nazzjonali, ikunu rikonoxxuti li għandhom l-għan ewlieni li jipprovdu lill-investitur bi dħul wara li jirtira, u li jintitolaw lill-investitur għal ċerti benefiċċji;

(g) 

skemi għal pensjoni okkupazzjonali rikonoxxuti uffiċjalment fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 22 ) jew tad-Direttiva 2009/138/KE;

(h) 

prodotti tal-pensjoni individwali li għalihom il-liġi nazzjonali tirrikjedi kontribuzzjoni finanzjarja minn min iħaddem u li għalihom min iħaddem jew l-impjegat ma jkollux għażla fir-rigward tal-prodott jew il-fornitur tal-pensjoni;

(i) 

prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2019/1238 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 23 );

(j) 

l-iskemi tas-sigurtà soċjali koperti mir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 24 ) u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 25 );

(5) 

“assi tradizzjonali tokenizzat” tfisser tip ta' kriptoassi li jirrappreżenta assi tradizzjonali, inkluż token tal-flus elettroniċi;

(6) 

“token irreferenzjat ma' assi” tfisser token irreferenzjat ma' assi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (6), tar-Regolament (UE) 2023/1114;

(7) 

“servizz tal-kriptoassi” tfisser servizz ta' kriptoassi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (16), tar-Regolament (UE) 2023/1114.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.