+Artikolu 7 Deroga għall-applikazzjoni ta’ rekwiżiti prudenzjali fuq bażi individwali
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
|
Artikolu 7 Deroga għall-applikazzjoni ta’ rekwiżiti prudenzjali fuq bażi individwali
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw għall-applikazzjoni tal-Artikolu 6(1) lil kwalunkwe sussidjarja ta’ istituzzjoni, meta kemm is-sussidjarja kif ukoll l-istituzzjoni jkunu soġġetti għal awtorizzazzjoni u superviżjoni mill-Istat Membru konċernat, u s-sussidjarja tkun inkluża fis-superviżjoni fuq bażi konsolidata tal-istituzzjoni li tkun impriża prinċipali, u l-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati kollha, sabiex ikun żgurat li l-fondi proprji jkunu distribwiti b’mod adegwat bejn l-impriża prinċipali u s-sussidjarja:
(a)
ma jkunx hemm impediment kurrenti jew previst materjali prattiku jew ġuridiku għat-trasferiment rapidu ta’ fondi proprji jew ripagament tal-obbligazzjonijiet mill-impriża prinċipali tagħha;
(b)
jew l-impriża prinċipali tissodisfa lill-awtorità kompetenti rigward l-immaniġjar prudenti tas-sussidjarja u ddikjarat, bil-permess tal-awtorità kompetenti, li tiggarantixxi l-impenji li daħlet għalihom is-sussidjarja, jew ir-riskji fis-sussidjarja jkunu ta’ interess negliġibbli;
(c)
il-proċeduri tal-evalwazzjoni, il-kalkolu u l-kontroll tar-riskju tal-impriża prinċipali jkunu jkopru s-sussidjarja;
(d)
l-impriża prinċipali jkollha aktar minn 50 % tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma fil-kapital tas-sussidjarja jew ikollha d-dritt li taħtar jew tneħħi il-maġġoranza tal-membri tal-korp maniġerjali tas-sussidjarja.
|
|
Artikolu 7 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżerċitaw l-alternattiva prevista fil-paragrafu 1 meta l-impriża prinċipali tkun kumpannija azzjonarja finanzjarja (kumpannija holding finanzjarja) jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta stabbilita fl-istess Stat Membru bħall-istituzzjoni, sakemm tkun soġġetta għall-istess superviżjoni bħal dik eżerċitata fuq l-istituzzjonijiet, u b’mod partikolari għall-istandards stabbiliti fl-Artikolu 11(1).
|
|
Artikolu 7 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 6(1) lil istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru meta dik l-istituzzjoni tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni u superviżjoni mill-Istat Membru konċernat, u tkun inkluża fis-superviżjoni fuq bażi konsolidata, u l-kondizzjoniet li ġejjin ikunu kollha ssodisfati, sabiex ikun żgurat li l-fondi proprji huma ddistribwiti b’mod adegwat fost l-impriża prinċipali u s-sussidjarji:
(a)
ma jkunx hemm impediment kurrenti jew previst materjali prattiku jew legali għat-trasferiment minnufih ta’ fondi proprji jew ripagament tal-obbligazzjonijiet lill-istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru;
(b)
il-proċeduri tal-evalwazzjoni, il-kalkolu u l-kontroll tar-riskju rilevanti għal superviżjoni konsolidata jkopru lill-istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru.
L-awtorità kompetenti li tagħmel użu minn dan il-paragrafu għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kollha.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|