+Artikolu 10 Rinunzja għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati permanentement ma’ korp ċentrali
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.

Artikolu 10 Rinunzja għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati permanentement ma’ korp ċentrali

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 1.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, f'konformità mal-liġi nazzjonali, parzjalment jew totalment jirrinunzjaw l-applikazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fil-Partijiet Tnejn sa Tmienja ta' dan ir-Regolament u l-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402 għal istituzzjoni ta' kreditu waħda jew aktar li jinsabu fl-istess Stat Membru u li huma affiljati permanentement ma' korp ċentrali li jissorveljhom u li huwa stabbilit fl-istess Stat Membru, jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

▼B

(a) 

l-impenji tal-korp ċentrali u l-istituzzjonijiet affiljati jkunu obligazzjonijiet in solidum jew l-impenji tal-istituzzjonijiet affiljati miegħu jkunu ggarantiti totalment mill-korp ċentrali;

(b) 

is-solvenza u l-likwidità tal-korp ċentrali u tal-istituzzjonijiet affiljati kollha jkunu mmonitorjati fis-sħuħija tagħhom fuq il-bażi tal-kontijiet konsolidati ta’ dawn l-istituzzjonijiet;

(c) 

il-maniġment tal-korp ċentrali jkollu s-setgħa li joħroġ struzzjonijiet lill-maniġment tal-istituzzjonijiet affiljati.

L-Istati Membri jistgħu jżommu u jagħmlu użu mil-leġislazzjoni nazzjonali eżistenti fir-rigward tal-applikazzjoni tar-rinunzja msemmija fl-ewwel subparagrafu sakemm din ma tkunx f'konflitt ma' dan ir-Regolament jew mad-Direttiva 2013/36/UE.

Artikolu 10 2.
Fejn l-awtoritajiet kompetenti jkunu sodisfatti li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil- paragrafu 1 ikunu ntlaħqu, u fejn ir-responsabbiltajiet jew l-impenji tal-korp ċentrali huma ggarantiti għal kollox mill-istituzzjonijiet affiljati, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw il-korp ċentrali mill-applikazzjoni tal-Parti Tnejn sa Tmienja fuq bażi individwali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.