+Artikolu 18 Metodi ta' konsolidazzjoni prudenzjali
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 3.
---+Artikolu 18 4.
---+Artikolu 18 5.
---+Artikolu 18 6.
---+Artikolu 18 7.
---+Artikolu 18 8.
---+Artikolu 18 9.
---+Artikolu 18 10.
|
Artikolu 18 Metodi ta' konsolidazzjoni prudenzjali
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 18 1.
|
Istituzzjonijiet, kumpanniji holding finanzjarji u kumpanniji holding finanzjarji mħallta li huma meħtieġa jikkonformaw mar-rekwiżiti msemmija fit-Taqsima 1 ta' dan il-Kapitolu abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom għandhom iwettqu konsolidazzjoni sħiħa tal-istituzzjonijiet u l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha li jkunu s-sussidjarji tagħhom. Il-paragrafi 3 sa 6 u l-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw meta tapplika l-Parti Sitta u l-punt (d) tal-Artikolu 430(1) fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata ta' istituzzjoni, kumpannija holding finanzjarja jew kumpannija finanzjarja mħallta jew fuq is-sitwazzjoni subkonsolidata ta' sottogrupp ta' likwidità kif stabbilit fl-Artikoli 8 u 10. Għall-finijiet tal-Artikolu 11(3a), istituzzjonijiet li huma meħtieġa jikkonformaw mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 92a jew 92b fuq bażi konsolidata għandhom iwettqu konsolidazzjoni sħiħa tal-istituzzjonijiet u l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha li jkunu s-sussidjarji tagħhom fil-gruppi ta' riżoluzzjoni rilevanti.
|
|
Artikolu 18 3.
|
Fejn l-impriżi jkunu relatati skont it-tifsira tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw kif titwettaq il-konsolidazzjoni.
|
|
Artikolu 18 4.
|
Il-parteċipazzjonijiet fl-istituzzjonijiet u fl-istituzzjonijiet finanzjarji ġestiti minn impriża inkluża fil-konsolidazzjoni flimkien ma' impriża waħda jew aktar li ma humiex inklużi fil-konsolidazzjoni għandhom jiġu kkonsolidati b'mod proporzjonali skont is-sehem tal-kapital miżmum, meta r-responsabbiltà ta' dawk l-impriżi tkun limitata għas-sehem tal-kapital li għandhom.
|
|
Artikolu 18 5.
|
Fil-każ tal-parteċipazzjonijiet jew rabtiet kapitali għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 4, awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw jekk għandhiex titwettaq konsolidazzjoni u kif għandha titwettaq. B'mod partikolari, huma jistgħu jippermettu jew jeħtieġu l-użu tal-metodu tal-ekwità. Dak il-metodu ma għandux, madankollu, jikkostitwixxi inklużjoni tal-impriżi konċernati f'superviżjoni fuq bażi konsolidata.
|
|
Artikolu 18 6.
|
Awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw jekk għandhiex titwettaq konsolidazzjoni u kif din għandha titwettaq fil-każijiet li ġejjin:
(a)
meta, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti, istituzzjoni teżerċita influwenza sinifikanti fuq istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja waħda jew iktar, iżda mingħajr ma jkollha parteċipazzjoni jew rabtiet kapitali oħra f'dawk l-istituzzjonijiet; u
(b)
meta żewġ istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji jew iktar jitpoġġew taħt maniġment uniku differenti minn dak skont il-kuntratt, il-klawżoli tal-memoranda jew l-Artikoli ta' assoċjazzjoni tagħhom.
B'mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu jew jirrikjedu l-użu tal-metodu previst fl-Artikolu 22(7), (8) u (9) tad-Direttiva 2013/34/UE.
|
|
Artikolu 18 7.
|
►M17
Meta istituzzjoni jkollha sussidjarja li tkun impriża għajr istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja jew ikollha parteċipazzjoni f'tali impriża, hija għandha tapplika l-metodu tal-ekwità għal dik is-sussidjarja jew il-parteċipazzjoni. Dak il-metodu ma għandux, madankollu, jikkostitwixxi inklużjoni tal-impriżi konċernati f'superviżjoni fuq bażi konsolidata. ◄
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu jew jitolbu lill-istituzzjonijiet japplikaw metodu differenti għal tali sussidjarji jew parteċipazzjonijiet, inkluż il-metodu meħtieġ mill-qafas ta' kontabbiltà applikabbli, dment li:
(a)
l-istituzzjoni ma tapplikax diġà l-metodu tal-ekwità fit-28 ta' Diċembru 2020;
(b)
ikun ta' piż sproporzjonat li jiġi applikat il-metodu tal-ekwità jew il-metodu tal-ekwità ma jirriflettix b'mod adegwat ir-riskji li l-impriża msemmija fl-ewwel subparagrafu toħloq lill-istituzzjoni; u
(c)
il-metodu applikat ma jirriżultax f'konsolidazzjoni sħiħa jew proporzjonali ta' dik l-impriża.
|
|
Artikolu 18 8.
|
►M17
Awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu konsolidazzjoni sħiħa jew proporzjonali ta' sussidjarja jew ta' impriża li fiha istituzzjoni jkollha parteċipazzjoni meta dik is-sussidjarja jew l-impriża ma hijiex istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja u fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin: ◄
(a)
l-impriża mhijiex impriża tal-assigurazzjoni, impriża tal-assigurazzjoni ta' pajjiż terz, impriża tar-riassigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni ta' pajjiż terz, kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew impriża eskluża mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE skont l-Artikolu 4 ta' dik id-Direttiva;
(b)
hemm riskju sostanzjali li l-istituzzjoni tiddeċiedi li tipprovdi għajnuna finanzjarja lil dik l-impriża f'kondizzjonijiet ta' stress, fin-nuqqas ta', jew lil hinn minn kwalunkwe obbligu kuntrattwali li jiġi provdut tali appoġġ.
|
|
Artikolu 18 9.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kondizzjonijiet li f'konformità magħhom għandha titwettaq il-konsolidazzjoni fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 3 sa 6 u l-paragrafu 8. L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2020. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 18 10.
|
L-EBA għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2025 dwar il-kompletezza u l-adegwatezza tad-definizzjonijiet u d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li jikkonċernaw is-superviżjoni tat-tipi kollha ta' riskji li għalihom huma esposti l-istituzzjonijiet f’livell konsolidat. L-EBA għandha tivvaluta b'mod partikolari xi diskrepanza li jifdal possibbli f'dawn id-definizzjonijiet u d-dispożizzjonijiet flimkien mal-interazzjoni tagħhom mal-qafas kontabilistiku applikabbli, u kull aspett li jifdal li jista' joħloq restrizzjonijiet mhux intenzjonati għal superviżjoni konsolidata li tkun komprensiva u adattabbli għal sorsi jew għal tipi ġodda ta' riskji jew ta' strutturi li jistgħu jwasslu għal arbitraġġ regolatorju. L-EBA għandha taġġorna r-rapport tagħha mill-inqas darba kull sentejn. Fid-dawl tas-sejbiettal-EBA, il-Kummissjoni għandha, fejn adegwat, tissottometti proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex isiru l-aġġustamenti għad-definizzjonijiet rilvanti jew l-ambitu tal-konsolidazzjoni prudenzjali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|