+Artikolu 20 Deċiżjonijiet konġunti dwar rekwiżiti prudenzjali
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.
---+Artikolu 20 4.
---+Artikolu 20 5.
---+Artikolu 20 6.
---+Artikolu 20 7.
---+Artikolu 20 8.

Artikolu 20 Deċiżjonijiet konġunti dwar rekwiżiti prudenzjali

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 20 1.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaħdmu flimkien, f’konsultazzjoni sħiħa:

▼M17

(a) 

fil-każ ta' applikazzjonijiet għall-permessi msemmija fl-Artikolu 143(1), fl-Artikolu 151(9), fl-Artikolu 283 u fl-Artikolu 325az ippreżentati minn istituzzjoni prinċipali tal-UE u mis-sussidjarji tagħha, jew b'mod konġunt mis-sussidjarji ta' kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew ta' kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE, sabiex jiddeċiedu jekk jingħatax il-permess mitlub u jiddeterminaw it-termini u l-kundizzjonijiet, jekk ikun hemm, li tali permess jenħtieġ li jkun soġġett għalihom;

▼B

(b) 

għall-fini li jiġi ddeterminat jekk humiex sodisfatti l-kriterji għat-trattament ta' intragrupp speċifiku kif imsemmi fl-Artikolu 422(9) u l-Artikolu 425(5) ikkomplimentati mill-istandards regolatorji tal-ABE msemmija fl-Artikolu 422(10) u l-Artikolu 425(6).

L-applikazzjonijiet għandhom ikunu sottomessi biss lis-superviżur konsolidanti.

Artikolu 20 2.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jilħqu deċiżjoni konġunta fi żmien sitt xhur fuq:

(a) 

l-applikazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1;

(b) 

il-valutazzjoni tal-kriterji u d-determinazzjoni tat-trattament speċifiku msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1.

Din id-deċiżjoni konġunta għandha tkun stipulata f’dokument li jkun fih id-deċiżjoni motivata bis-sħiħ li għandha tkun ipprovduta lill-applikant mill-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 20 3.

Il-perijodu msemmi fil-paragrafu 2 għandu jibda:

(a) 

fid-data ta' meta tasal l-applikazzjoni kompluta msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għand is-superviżur konsolidanti. Is-superviżur konsolidanti għandu jibgħat l-applikazzjoni kompluta lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra mingħajr dewmien;

(b) 

fid-data ta' meta jasal għand l-awtoritajiet kompetenti rapport mħejji min-superviżur konsolidanti li janalizza l-impenji intragrupp fi ħdan il-grupp.

Artikolu 20 4.
Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet kompetenti fi żmien sitt xhur, is-superviżur konsolidanti għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu dwar il-punt (a) tal-paragrafu 1. Id-deċiżjoni tas-superviżur konsolidanti m’għandhiex tillimita s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 105 tad-Direttiva 2013/36/UE.

Id-deċiżjoni għandha tkun stipulata f’dokument li jkun fih id-deċiżjoni motivata bis-sħiħ u għandha tqis il-fehmiet u r-riżervi tal-awtoritajiet kompetenti l-oħra mfissra matul il-perijodu ta’ sitt xhur.

Id-deċiżjoni għandha tkun ipprovduta lill-istituzzjoni prinċipali tal-UE, lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra mis-superviżur konsolidanti.

Jekk, fi tmiem il-perijodu ta’ sitt xhur, xi awtorità kompetenti konċernata tkun irreferiet il-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, is-superviżur konsolidanti għandu jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu dwar il-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u jistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament dwar id-deċiżjoni tiegħu, u għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu f’konformità mad-deċiżjoni tal-ABE. Il-perijodu ta’ sitt xhur għandu jitqies bħala l-perijodu ta’ konċiljazzjoni skont it-tifsira ta’ dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi riferuta lill-ABE wara tmiem il-perijodu ta’ sitt xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.

Artikolu 20 5.
Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet kompetenti fi żmien sitt xhur, l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarja fuq bażi individwali għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha dwar il-punt (b) tal-paragrafu 1.

Id-deċiżjoni għandha tkun stipulata f’dokument li jkun fih id-deċiżjoni motivata bis-sħiħ u għandha tqis il-fehmiet u r-riżervi tal-awtoritajiet kompetenti l-oħra mfissra matul il-perijodu ta’ sitt xhur.

Id-deċiżjoni għandha tkun ipprovduta lis-superviżur konsolidanti li jinforma lill-istituzzjoni prinċipali tal-UE, lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE.

Jekk, fi tmiem il-perijodu ta’ sitt xhur, is-superviżur konsolidanti jkun irrefera l-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarja fuq bażi individwali għandha tiddifferixxi d-deċiżjoni tagħha dwar il-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u jistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament dwar id-deċiżjoni tiegħu, u għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu f’konformità mad-deċiżjoni tal-ABE. Il-perijodu ta’ sitt xhur għandu jitqies bħala l-perijodu ta’ konċiljazzjoni skont it-tifsira ta’ dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi riferuta lill-ABE wara tmiem il-perijodu ta’ sitt xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.

Artikolu 20 6.
Meta istituzzjoni prinċipali tal-UE u s-sussidjarji tagħha, is-sussidjarji ta' kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE tuża l-Approċċ IRB imsemmi fl-Artikolu 143 fuq bażi unifikata, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu lill-kumpanija prinċipali u lis-sussidjarji tagħha, ikkunsidrati flimkien, jissodisfaw il-kriterji ta' kwalifika stabbiliti fit-Taqsima 6 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta b'mod li jkun konsistenti mal-istruttura tal-grupp u mas-sistemi, mal-proċessi u mal-metodoloġiji tal-ġestjoni tar-riskju tiegħu.
Artikolu 20 7.
Id-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2, 4 u 5 għandhom ikunu rikonoxxuti bħala determinanti u għandhom ikunu applikati mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri konċernati.
Artikolu 20 8.
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tispeċifika l-proċess ta' deċiżjoni konġunta msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), ta' dan l-Artikolu fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-permessi msemmija fl-Artikolu 143(1), l-Artikolu 151(9) u l-Artikoli 283 u 325az bil-għan li jitħaffu d-deċiżjonijiet konġunti.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2025.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.