+Artikolu 21 Deċiżjonijiet konġunti fil-livell tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-likwidità
---+Artikolu 21 1.
---+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 21 3.
|
Artikolu 21 Deċiżjonijiet konġunti fil-livell tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-likwidità
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 21 1.
|
Mal-applikazzjoni ta’ istituzzjoni prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE jew sottosussidjarja ta' konsolidazzjoni ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE, is-superviżur konsolidanti u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta’ istituzzjoni prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE fi Stat Membru għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jaslu għal deċiżjoni konġunta dwar jekk humiex sodisfatti l-kondizzjonijiet fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 8(1) u li tidentifika sottogrupp waħdieni tal-likwidità għall-applikazzjoni tal-Artikolu 8. Id-deċiżjoni konġunta għandha tittieħed fi żmien sitt xhur wara s-sottomissjoni mis-superviżur konsolidanti ta’ rapport li jidentifika sottogruppi tal-likwidità waħdanin fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 8. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ ftehim matul il-perijodu ta’ sitt xhur, is-superviżur konsolidanti għandu jikkonsulta lill-ABE fuq talba ta’ kwalunkwe awtorità kompetenti oħra konċernata. Is-superviżur konsolidanti jista’ jikkonsulta lill-ABE fuq inizjattiva tiegħu stess. Id-deċiżjoni konġunta tista’ timponi wkoll limitazzjonijiet fuq il-post u s-sjieda ta’ assi likwidi u tirrikjedi ammonti minimi ta’ assi likwidi biex jinżammu mill- istituzzjonijiet li jkunu eżentati mill-applikazzjoni tal-Parti Sitta. Id-deċiżjoni konġunta għandha titniżżel f'dokument li jkun fih id-deċiżjoni motivata bis-sħiħ li għandu jiġi ppreżentat lill-istituzzjoni prinċipali tas-sottogrupp tal-likwidità mis-superviżur konsolidanti.
|
|
Artikolu 21 2.
|
Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta fi żmien sitt xhur, kull awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi individwali għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha. Madankollu, kwalunkwe awtorità kompetenti tista’ matul il-perijodu ta’ sitt xhur tirreferi l-kwistjoni lill-ABE dwar jekk il-kondizzjonijiet fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 8(1) ikunux issodisfati. F’dak il-każ, l-ABE tista' twettaq il-medjazzjoni mhux vinkolanti tagħha skont l-Artikolu 31(c) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u l-awtoritajiet kompetenti kollha involuti għandhom jiddeferixxu d-deċiżjonijiet tagħhom sakemm tispiċċa l-medjazzjoni mhux vinkolanti. Meta, waqt il-medjazzjoni, ma jkun intlaħaq ebda qbil mill-awtoritajiet kompetenti fi żmien tliet xhur, kull awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi individwali għandha tieħu d-deċiżjoni proprja tagħha b'kont meħud tal-proporzjonalità tal-benefiċċji u r-riskji fil-livell tal-Istat Membru tal-istituzzjoni prinċipali u tal-proporzjonalità tal-benefiċċji u r-riskji fil-livell tal-Istat Membru tas-sussidjarja. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi riferuta lill-ABE wara tmiem il-perijodu ta’ sitt xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta. Id-deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 1 u d-deċiżjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom ikunu vinkolanti.
|
|
Artikolu 21 3.
|
Kwalunkwe awtorità kompetenti tista’ wkoll matul il-perijodu ta’ sitt xhur tikkonsulta lill-ABE f'każ ta' nuqqas ta' qbil dwar il- kondizzjonijiet fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 8(3). F’dak il-każ, l-ABE tista' twettaq il-medjazzjoni mhux vinkolanti tagħha skont l-Artikolu 31(c) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u l-awtoritajiet kompetenti kollha involuti għandhom jiddeferixxu d-deċiżjonijiet tagħhom sakemm tispiċċa l-medjazzjoni mhux vinkolanti. Meta, waqt il-medjazzjoni, ma jkun intlaħaq l-ebda ftehim mill-awtoritajiet kompetenti fi żmien tliet xhur, kull awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi individwali għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|