+Artikolu 26 3.

Artikolu 26 3.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jevalwaw jekk il-ħruġ ta' strumenti kapitali jissodisfax il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 28, jew, fejn applikabbli, l-Artikolu 29. L-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw il-ħruġ tal-istrumenti kapitali bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 biss wara li jingħataw permess mill-awtoritajiet kompetenti.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, istituzzjonijiet jistgħu jikklassifikaw bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 ħruġ sussegwenti ta' forma ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 li għalihom ikunu diġà rċevew din l-awtorizzazzjoni, dment li jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

id-dispożizzjonijiet li jirregolaw dak il-ħruġ sussegwenti huma sostanzjalment l-istess bħal dawk id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-ħruġ li għalihom l-istituzzjonijiet ikunu diġà rċevew permess;

(b) 

l-istituzzjonijiet ikunu nnotifikaw dak il-ħruġ sussegwenti lill-awtoritajiet kompetenti fi żmien biżżejjed qabel il-klassifikazzjoni tiegħu bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw lill-ABE qabel ma jingħata permess għal forom ġodda ta' strumenti kapitali sabiex jiġu kklassifikati bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu b'mod dovut l-opinjoni tal-ABE u, meta jiddeċiedu li jiddevjaw minnha, għandhom jiktbu lill-ABE fi żmien tliet xhur mid-data ta' meta jirċievu l-opinjoni tal-ABE billi jispjegaw ir-raġunament għad-devjazzjoni mill-opinjoni rilevanti. Dan is-subparagrafu ma għandux japplika għall-istrumenti kapitali msemmija fl-Artikolu 31.

Abbażi ta' informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet kompetenti, l-ABE għandha tistabbilixxi, iżżomm u tippubblika lista tal-forom kollha ta' strumenti kapitali f'kull Stat Membru li jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1. Skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-ABE tista' tiġbor kull informazzjoni b'rabta ma' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 li hija tqis meħtieġa biex tistabbilixxi l-konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 28, jew fejn applikabbli, fl-Artikolu 29 ta' dan ir-Regolament u għall-fini li tinżamm u tiġi aġġornata l-lista msemmija f'dan is-subparagrafu.

Wara l-proċess ta' analiżi stabbilit fl-Artikolu 80 u, fejn ikun hemm evidenza sinifikanti li l-istrumenti ta' kapital rilevanti ma jissodisfawx jew waqfu milli jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 28 jew, fejn applikabbli, l-Artikolu 29, l-ABE tista' tiddeċiedi li ma żżidx dawk l-istrumenti fil-lista msemmija fir-raba' subparagrafu jew tneħħihom minn dik il-lista, skont il-każ. L-ABE għandha tagħmel notifika f'dak is-sens u għandha tirreferi wkoll għall-pożizzjoni tal-awtorità kompetenti rilevanti dwar il-kwistjoni. Dan is-subparagrafu ma japplikax għall-istrumenti kapitali msemmija fl-Artikolu 31.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.