+Artikolu 28 1.

Artikolu 28 1.

L-istrumenti ta' kapital għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 biss jekk il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a) 

l-istrumenti jinħarġu direttament mill-istituzzjoni bl-approvazzjoni minn qabel tas-sidien tal-istituzzjoni jew, meta permess skont id-dritt nazzjonali applikabbli, mill-korp maniġerjali tal-istituzzjoni;

▼M8

(b) 

l-istrumenti jkunu sottoskritti u l-akkwist tas-sjieda ta' dawk l-istrumenti ma jkunx iffinanzjat direttament jew indirettament mill-istituzzjoni;

▼B

(c) 

l-istrumenti jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin fir-rigward tal-klassifikazzjoni tagħhom:

(i) 

jikkwalifikaw bħala kapital skont it-tifsira tal-Artikolu 22 tad- Direttiva 83/635/KEE;

(ii) 

ikunu kklassifikati bħala ekwità skont it-tifsira tal-qafas tal-kontabbiltà applikabbli;

(iii) 

ikunu kklassifikati bħala kapital ta’ ekwità għall-fini tal-istabiliment tal- insolvenza fil-karta bilanċjali, meta applikabbli skont il-liġi nazzjonali tal- insolvenza;

(d) 

l-istrumenti jintwerew b’mod ċar u separat fuq il-karta bilanċjali fir-rapporti finanzjarji tal-istituzzjoni;

(e) 

l-istrumenti jkunu perpetwi;

(f) 

istituzzjonijiet u istituzzjonijiet finanzjarji li għalihom l-iskoperturi għall- l-ammont ta' kapital tal-istrumenti ma jistax jitnaqqas jew ripagat, ħlief f’xi wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(i) 

il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni;

(ii) 

ix-xiri mill-ġdid diskrezzjonarju tal-istrumenti jew mezzi diskrezzjonali oħra ta’ tnaqqis tal-kapital, meta l-istituzzjoni tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 77;

(g) 

id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ma jindikawx espressament jew impliċitament li l-ammont ta' kapital tal-istrumenti jitnaqqas jew jista’ jkun li jitnaqqas jew jiġi ripagat ħlief fil-likwidazzjoni tal-istituzzjoni, u l-istituzzjoni b’ebda mod ieħor ma tipprovdi tali indikazzjoni qabel jew waqt il-ħruġ tal-istrumenti, ħlief fil-każ ta’ strumenti msemmija fl-Artikolu 27 meta r-rifjut mill-istituzzjoni li tifdi tali strumenti jkun pprojbit skont id-dritt nazzjonali applikabbli;

(h) 

l-istrumenti jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin fir-rigward ta' distribuzzjonijiet:

(i) 

ma jkunx hemm trattament ta’ distribuzzjoni preferenzjali rigward l-ordni tal-pagamenti ta’ distribuzzjoni, inklużi fir-rigward ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1, u t-termini li jirregolaw l-istrumenti ma jipprovdux drittijiet preferenzjali lill-pagament tad-distribuzzjonijiet;

(ii) 

distribuzzjonijiet lid-detenturi tal-istrumenti jistgħu jitħallsu biss mill-elementi distribwibbli;

(iii) 

il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ma jinkludux limitu massimu jew restrizzjonijiet oħra fuq il-livell massimu tad-distribuzzjonijiet, ħlief fil-każ tal-istrumenti msemmija fl-Artikolu 27.

(iv) 

il-livell tad-distribuzzjonijiet ma jkunx iddeterminat fuq il-bażi tal-ammont li għalih l-istrumenti kienu nxtraw fil-ħruġ, ħlief fil-każ tal-istrumenti msemmija fl-Artikolu 27;

(v) 

il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ma jinkludux obbligu għall-istituzzjoni li tagħmel distribuzzjonijiet lid-detenturi tagħhom u l-istituzzjoni bl-ebda mod ma tkun soġġetta għal tali obbligu;

(vi) 

kwalunkwe impriża li jkollha rabtiet mill-qrib mal-entitajiet imsemmija fin-nuqqas ta’ pagament tad-distribuzzjonijiet ma jikkostitwixxix avveniment ta’ inadempjenza tal-istituzzjoni;

(vii) 

il-kanċellament ta’ distribuzzjonijiet ma jkun jimponi l-ebda restrizzjoni fuq l-istituzzjoni;

(i) 

meta mqabbla mal-istrumenti ta' kapital maħruġa mill-istituzzjoni, l-istrumenti jassorbu l-ewwel u proporzjonalment l-akbar sehem tat-telf meta jseħħ, u kull strument jassorbi t-telf tal-istess grad bħall-istrumenti l-oħra kollha ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1;

(j) 

l-istrumenti jikklassifikaw taħt il-pretensjonijiet l-oħra kollha fil-każ ta’ insolvenza jew likwidazzjoni tal-istituzzjoni;

(k) 

l-istrumenti jintitolaw lis-sidien tagħhom għal pretensjoni fuq l-assi residwi tal-istituzzjoni, li, fil-każ tal-likwidazzjoni tagħha u wara l-pagament tal-pretensjonijiet superjuri tagħha, tkun pproporzjonata għall-ammont maħruġ ta’ tali strumenti u ma tkunx fissa jew soġġetta għal limitu massimu, ħlief fil-każ tal-istrumenti ta' kapital imsemmija fl-Artikolu 27;

(l) 

l-istrumenti ma jkunux koperti, jew soġġetti għal garanzija li ssaħħaħ is-superjorità tal-pretensjoni minn xi waħda minn dawn li ġejjin:

(i) 

l-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;

(ii) 

l-impriża prinċipali tal-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;

(iii) 

il-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew is-sussidjarji tagħha;

(iv) 

il-kumpannija azzjonarja ta' attività mħallta jew is-sussidjarji tagħha;

(v) 

il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta u s-sussidjarji tagħha;

(vi) 

xi impriża li jkollha rabtiet mill-qrib mal-entitajiet imsemmija fil-punt (i) sa (v);

(m) 

l-istrumenti ma jkunux soġġetti għal kwalunkwe arranġament, kuntrattwali jew ta’ tip ieħor, li jtejjeb is-superjorità tal-pretensjonijiet skont l-istrumenti f'insolvenza jew likwidazzjoni.

Il-kondizzjoni stabbilita fil-punt (j) tal-ewwel subparagrafu għandha titqies sodisfatta, minkejja li l-istrumenti huma inklużi fil-Grad 1 jew ta’ Grad 2 Addizzjonali bis-saħħa tal-Artikolu 484(3), dment li jikklassifikaw pari passu.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, il-parti ta' strument kapitali li hija mħallsa kompletament biss għandha tkun eliġibbli biex tikkwalifika bħala strument ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.