+Artikolu 28 3.

Artikolu 28 3.

Il-kondizzjoni stipulata fil-punt (h)(iii) tal-paragrafu 1 għandha titqies sodisfatta minkejja l-istrument li jħallas multiplu tad-dividend, dment li tali multiplu tad-dividend ma jirriżultax f'distribuzzjoni li tikkawża ġibda sproporzjonata fuq il-fondi proprji.

Il-kundizzjoni stabbilita fil-punt (h)(v) tal-paragrafu 1 għandha titqies sodisfatta minkejja sussidjarja tkun soġġetta għal ftehim ta' trasferiment ta' profitti u telf mal-impriża prinċipali tagħha, skont liema s-sussidjarja hija obbligata li tittrasferixxi, wara t-tħejjija tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tagħha, ir-riżultat annwali tagħha lill-impriża prinċipali, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-impriża prinċipali tippossjedi 90 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot u tal-kapital tas-sussidjarja;

(b) 

l-impriża prinċipali u s-sussidjarja jkunu stabbiliti fl-istess Stat Membru;

(c) 

il-ftehim ġie konkluż għal finijiet ta' taxxa leġittimi;

(d) 

fit-tħejjija tad-dikjarazzjoni finanzjarja annwali, is-sussidjarja għandha d-diskrezzjoni li tnaqqas l-ammont tad-distribuzzjonijiet billi talloka parti jew it-totalità tal-profitti tagħha lir-riżervi jew il-fondi proprji tagħha għal riskju bankarju ġenerali qabel ma tagħmel kwalunkwe ħlas lill-impriża prinċipali tagħha;

(e) 

l-impriża prinċipali hija obbligata skont il-ftehim li tikkumpensa b'mod sħiħ lis-sussidjarja għat-telf kollu tas-sussidjarja;

(f) 

il-ftehim huwa soġġett għal perijodu ta' avviż li jgħid li l-ftehim jista' jiġi terminat biss minn tmiem sena fiskali, b'tali tmiem ikun effettiv mhux qabel il-bidu tas-sena fiskali ta' wara, u b'hekk ma jbiddilx l-obbligu tal-impriża prinċipali li tikkumpensa bis-sħiħ lis-sussidjarja għal kull telf imġarrab matul is-sena fiskali attwali.

Meta istituzzjoni tkun daħlet fi ftehim ta' trasferiment ta' profitti u telf, hija għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien u tipprovdi lill-awtorità kompetenti b'kopja tal-ftehim. L-istituzzjoni għandha tinnotifika wkoll lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien b'kull tibdil għall-ftehim ta' trasferiment ta' profitti u telf u t-tmiem tiegħu. Istituzzjoni ma għandhiex tidħol f'aktar minn ftehim wieħed ta' trasferiment ta' profitti u telf.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.