+Artikolu 29 Strumenti ta' kapital maħruġa minn impriżi mutwali, soċjetajiet kooperattivi, istituzzjonijiet ta' tfaddil u istituzzjonijiet simili
---+Artikolu 29 1.
---+Artikolu 29 2.
---+Artikolu 29 3.
---+Artikolu 29 4.
---+Artikolu 29 5.
---+Artikolu 29 6.

Artikolu 29 Strumenti ta' kapital maħruġa minn impriżi mutwali, soċjetajiet kooperattivi, istituzzjonijiet ta' tfaddil u istituzzjonijiet simili

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 29 1.
L-istrumenti ta' kapital maħruġa minn soċjetà mutwali jew kooperattivi, istituzzjonijiet ta' tfaddil u istituzzjonijiet simili għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 biss jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 28 bil-modifiki li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, jiġu ssodisfati.
Artikolu 29 2.

Il-kondizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu ssodisfati fir-rigward ta’ tifdija tal-istrumenti ta' kapital:

(a) 

ħlief meta pprojbit skont id-dritt nazzjonali applikabbli, l-istituzzjoni għandha tkun tista’ tirrifjuta t-tifdija tal-istrumenti;

(b) 

meta r-rifjut mill-istituzzjoni tat-tifdija tal-istrumenti jkun pprojbit skont id-dritt nazzjonali applikabbli, id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istumenti għandhom jagħtu l-kapaċità lill-istituzzjoni li tillimita t-tifdija tagħhom;

(c) 

ir-rifjut li tifdi l-istrumenti, jew il-limitazzjoni tat-tifdija tal-istrumenti meta applikabbli, jista' ma jkunx jikkostitwixxi avveniment ta’ inadempjenza tal-istituzzjoni.

Artikolu 29 3.
L-istrumenti ta' kapital jistgħu jinkludu limitu massimu jew restrizzjoni fuq il-livell massimu tad-distribuzzjonijiet biss meta dak il-livell massimu jew restrizzjoni jkun stabbilit skont id-dritt nazzjonali applikabbli jew l-istatut tal-istituzzjoni.
Artikolu 29 4.
Meta l-istrumenti ta' kapital jagħtu lis-sid drittijiet għar-riżervi tal-istituzzjoni fil-każ ta’ insolvenza jew likwidazzjoni li jkunu limitati għall-valur nominali tal-istrumenti, tali limitazzjoni għandha tapplika bl-istess grad għad-detenturi tal-istrumenti l-oħrajn kollha ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 maħruġa minn dik l-istituzzjoni.

Il-kondizzjoni stipulata fl-ewwel subparagrafu hija mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li soċjetà mutwi jew kooperattiva, istituzzjoni ta' tfaddil jew istituzzjoni simili tirrikonoxxi fl-Ekwità Komuni ta’ Grad 1 strumenti li ma jagħtux drittijiet ta' vot lid-detentur u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

il-pretensjoni tad-detenturi tal-istrumenti mingħajr vot fl-insolvenza jew il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni tkun proporzjonata għas-sehem mit-total tal-istrumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1li dawn l-istrumenti mingħajr vot jirrappreżentaw;

(b) 

l-istrumenti b'xi mod ieħor jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1.

Artikolu 29 5.
Meta l-istrumenti ta' kapital jintitolaw lis-sidien tagħhom għal pretensjoni fuq l-assi tal-istituzzjoni fil-każ tal-insolvenza jew il-likwidazzjoni tagħha li tkun fissa jew soġġetta għal limitu massimu, tali limitazzjoni għandha tapplika sal-istess grad għad-detenturi kollha tal-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta’ Grad 1 maħruġa mill-istituzzjoni.
Artikolu 29 6.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika n-natura tal-limitazzjonijiet fuq it-tifdija neċessarja meta r-rifjut tat-tifdija tal-istrumenti ta’ fondi proprji mill-istituzzjoni tkun ipprojbita skont id-dritt nazzjonali applikabbli.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.