+Artikolu 33 Koperturi tal-flussi ta' flus u l-bidliet fil-valur tal-obbligazzjonijiet proprji
---+Artikolu 33 1.
---+Artikolu 33 2.
---+Artikolu 33 3.
---+Artikolu 33 4.
|
Artikolu 33 Koperturi tal-flussi ta' flus u l-bidliet fil-valur tal-obbligazzjonijiet proprji
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 33 1.
|
L-istituzzjonijiet m’għandhomx jinkludu l-elementi li ġejjin fi kwalunkwe element ta’ fondi proprji:
(a)
ir-riżervi ta’ valur ġust relatati mal-qligħ jew telf fuq il-koperturi tal-flussi tal-flus ta’ strumenti finanzjarji li ma jkunux valutati f’valur ġust, inklużi l-flussi tal-flus ipproġettati;
(b)
qligħ jew telf fuq obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni li jkunu vvalutati b’valur ġust li jirriżulta minn bidliet fl-istat tal-kreditu proprju tal-istituzzjoni;
▼M8
(c)
profitt u telf tal-valur ġust fuq obbligazzjonijiet derivattivi tal-istituzzjoni li jirriżultaw minn tibdil fir-riskju ta' kreditu proprju tal-istituzzjoni.
▼B
|
|
Artikolu 33 2.
|
Għall-fini tal-punt (c) tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet m'għandhomx ipaċu l-qligħ u telf b'valur ġust li jirriżulta mir-riskju proprju ta' kreditu tal-istituzzjoni b'dawk li jirriżultaw mir-riskju ta' kreditu tal-kontroparti tagħha.
|
|
Artikolu 33 3.
|
Mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jistgħu jinkludu l-ammont ta' qligħ u telf fuq l-obbligazzjonijiet tagħhom fil-fondi proprji meta jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-obbligazzjonijiet huma fil-forma ta' bonds kif imsemmi fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE;
(b)
il-bidliet fil-valur tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni huma minħabba l-istess bidliet fl-istat tal-kreditu proprju tal-istituzzjoni;
(c)
hemm korrispondenza mill-qrib bejn il-valur tal-bonds imsemmija fil-punt (a) u l-valur tal-assi tal-istituzzjoni;
(d)
huwa possibbli li jinfeda s-self ipotekarju billi jinxtraw lura l-bonds li jiffinanzjaw is-self ipotekarju b'valur tas-suq jew dak nominali.
|
|
Artikolu 33 4.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta'standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika dak li jikkostitwixxi korrispondenza mill-qrib bejn il-valur tal-bonds u l-valur tal-assi, kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 3. L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2013. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|