+Artikolu 36 5.

Artikolu 36 5.

Għall-iskop uniku tal-kalkolu tal-ammont applikabbli ta' kopertura insuffiċjenti għal skoperturi improduttivif'konformità mal-paragrafu 1, il-punt (m), ta' dan l-Artikolu, b'deroga mill-Artikolu 47c wara li l-awtorità kompetenti tiġi nnotifikata, l-ammont applikabbli ta' kopertura insuffiċjenti għal skoperturi improduttivi mixtrija minn ristrutturatur tad-dejn speċjalizzat għandu jkun żero. Id-deroga stabbilita f'dan is-subparagrafu għandha tapplika fuq bażi individwali u, fil-każ ta' gruppi li fihom l-istituzzjonijiet kollha jikkwalifikaw bħala ristrutturaturi speċjalizzati tad-dejn, fuq bażi konsolidata.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, “ristrutturar speċjalizzat tad-dejn” tfisser istituzzjoni li, matul is-sena finanzjarja preċedenti, ikkonformat mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin kemm fuq bażi individwali kif ukoll fuq bażi konsolidata:

(a) 

l-attività ewlenija tal-istituzzjoni hija x-xiri, il-ġestjoni u r-ristrutturar ta' skoperturi improduttivi f'konformità mal-proċess ta' deċiżjoni intern ċar u effettiv implimentat mill-korp maniġerjali tagħha;

(b) 

il-valur kontabilistiku mkejjel mingħajr ma jitqies kwalunkwe aġġustament għar-riskju ta' kreditu tas-self oriġinat tagħha stess ma jaqbiżx 15 % tal-assi totali tagħha;

(c) 

mill-inqas 5 % tal-valur kontabilistiku mkejjel mingħajr ma jitqies kwalunkwe aġġustament għar-riskju ta' kreditu tas-self oriġinat tiegħu stess jikkostitwixxi rifinanzjament totali jew parzjali, jew l-aġġustament tat-termini rilevanti, tal-iskoperturi improduttivi mixtrija li jikkwalifikaw bħala miżura ta' trażżin f'konformità mal-Artikolu 47b;

(d) 

il-valur totali tal-assi tal-istituzzjoni ma jaqbiżx l-EUR 20 biljun;

(e) 

l-istituzzjoni żżomm, fuq bażi kontinwa, proporzjon ta' finanzjament stabbli nett ta' mill-inqas 130 %;

(f) 

id-depożiti ta' domanda tal-istituzzjoni ma jaqbżux il-5 % tal-obbligazzjonijiet totali tal-istituzzjoni.

Ir-ristrutturatur tad-dejn speċjalizzat għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti, mingħajr dewmien, jekk waħda jew iktar mill-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu ma jibqgħux issodisfatti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-EBA tal-inqas kull sena dwar l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu mill-istituzzjonijiet taħt is-superviżjoni tagħhom.

L-EBA għandha tistabbilixxi, iżżomm, u tippubblika lista ta' ristrutturaturi speċjalizzati tad-dejn. L-EBA għandha timmonitorja l-attività tar-ristrutturaturi speċjalizzati tad-dejn u għandha tirrapporta sal-31 ta' Diċembru 2028, lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati ta' tali monitoraġġ u, fejn xieraq, għandha tagħti parir lill-Kummissjoni dwar jekk il-kundizzjonijiet biex jikkwalifikaw bħala “ristrutturatur tad-dejn speċjalizzat” humiex ibbażati biżżejjed fuq ir-riskju u xierqa bil-ħsieb li jiffavorixxu s-suq sekondarju għal self improduttiv, u tivvaluta jekk humiex meħtieġa kundizzjonijiet addizzjonali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.