+Artikolu 43 Investiment sinifikanti f'entità tas-settur finanzjarju

Artikolu 43 Investiment sinifikanti f'entità tas-settur finanzjarju

Artikolu 43

Investiment sinifikanti f'entità tas-settur finanzjarju

Għall-fini ta’ tnaqqis, investiment sinifikanti ta’ istituzzjoni f’entità tas-settur finanzjarju għandu jirriżulta meta kwalunkwe waħda minn dawn il-kondizzjonijiet tiġi ssodisfata:

(a) 

l-istituzzjoni jkollha sjieda ta’ aktar minn 10 % tal-istrumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 maħruġa minn dik l-entità;

(b) 

l-istituzzjoni jkollha rabtiet mill-qrib ma’ dik l-entità u jkollha sjieda ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 maħruġa minn dik l-entità;

(c) 

l-istituzzjoni jkollha sjieda ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 maħruġa minn dik l-entità u l-entità ma tkunx inkluża f’konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed iżda tkun inkluża fl-istess konsolidazzjoni ta' kontabbiltà bħall-istituzzjoni għall-fini tar-rapportar finanzjarju skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.