+Artikolu 47c 1.

Artikolu 47c 1.

Għall-finijiet tal-punt (m) tal-Artikolu 36(1), l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont applikabbli ta' kopertura insuffiċjenti b'mod separat għal kull skopertura improduttiva li għandu jitnaqqas minn entrati tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni billi jitnaqqas l-ammont determinat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu mill-ammont determinat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, fejn l-ammont imsemmi fil-punt (a) jaqbeż l-ammont imsemmi fil-punt (b):

(a) 

it-total ta':

(i) 

il-parti mhux garantita ta' kull skopertura improduttiva, jekk ikun il-każ, immultiplikata bil-fattur applikabbli msemmi fil-paragrafu 2;

(ii) 

il-parti garantita ta' kull skopertura improduttiva, jekk ikun il-każ, immultiplikata bil-fattur applikabbli msemmi fil-paragrafu 3;

(b) 

it-total tal-entrati li ġejjin dment li jkunu relatati mal-istess skopertura improduttiva:

(i) 

aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu;

(ii) 

aġġustamenti tal-valur addizzjonali f'konformità mal-Artikoli 34 u 105;

(iii) 

tnaqqis ieħor minn fondi proprji;

(iv) 

għall-istituzzjonijiet li jikkalkulaw ammonti ta' skoperturi peżati skont ir-riskju bl-użu tal-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni, il-valur assolut tal-ammonti mnaqqsin skont il-punt (d) tal-Artikolu 36(1) li jirrelataw ma' skoperturi improduttivi, fejn il-valur assolut li jista' jiġi attribwit għal kull skopertura improduttiva jiġi ddeterminat permezz tal-multiplikazzjoni tal-ammonti mnaqqsin skont il-punt (d) tal-Artikolu 36(1) bil-kontribuzzjoni tal-ammont ta' telf mistenni għall-iskopertura improduttiva għall-ammonti totali ta' telf mistenni għal skoperturi inadempjenti u mhux inadempjenti, kif applikabbli.

(v) 

fejn skopertura improduttiva tinxtara bi prezz aktar baxx mill-ammont dovut mid-debitur, id-differenza bejn il-prezz tax-xiri u l-ammont dovut mid-debitur;

(vi) 

ammonti mħassra mill-istituzzjoni minn meta l-iskopertura ġiet ikklassifikata bħala improduttiva.

Il-parti garantita ta' skopertura improduttiva hija dik il-parti tal-iskopertura li, għall-fini tal-kalkolu tal-rekwiżiti tal-fondi proprji skont it-Titolu II tal-Parti Tlieta, hija meqjusa bħala koperta minn protezzjoni ffinanzjata tal-kreditu jew protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu jew garantita bis-sħiħ u kompletament b'ipoteki.

Il-parti mhux garantita ta' skopertura improduttiva tikkorrispondi għad-differenza, jekk ikun il-każ, bejn il-valur tal-iskopertura kif stipulat fl-Artikolu 47a(1) u l-parti garantita tal-iskopertura, jekk ikun il-każ.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.