+Artikolu 49 1.

Artikolu 49 1.

Għall-fini tal-kalkolu tal-fondi proprji fuq bażi individwali, bażi subkonsolidata jew bażi konsolidata, meta l-awtoritajiet kompetenti jeħtieġu jew jippermettu lill-istituzzjonijiet sabiex japplikaw il-metodu 1, 2 jew 3 tal-Anness I għad-Direttiva 2002/87/KE, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet li ma jkunx hemm tnaqqis fil-holdings ta' istrumenti ta’ fondi proprji ta' entità tas-settur finanzjarju li fiha l-istituzzjoni prinċipali, kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali jew istituzzjoni għandha investiment sinifikanti, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (e) ta' dan il-paragrafu:

(a) 

l-entità tas-settur finanzjarju hija impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni jew kumpannija azzjonarja tal-assigurazzjoni;

(b) 

l-impriża tal-assigurazzjoni, l-impriża tar-riassigurazzjoni jew il-kumpannija azzjonarja tal-assigurazzjoni tkun inkluża fl-istess superviżjoni supplementari taħt id-Direttiva 2002/87/KE bħall-istituzzjoni prinċipali, il-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali jew l-istituzzjoni li jkollha l-holding;

(c) 

l-istituzzjoni tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti;

(d) 

qabel jingħata l-permess imsemmi fil-punt (c), u fuq bażi kontinwa, l-awtoritjiet kompetenti ikunu ssodisfati li l-livell ta' ġestjoni integrata, il-ġestjoni tar-riskju u kontroll intern rigward l-entitajiet li ser ikunu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-konsolidazzjoni skont il-metodu 1, 2 jew 3 jkun adegwat;

(e) 

il-holdings fl-entità jappartjenu lil wieħed minn dawn li ġejjin:

(i) 

l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali;

(ii) 

il-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali;

(iii) 

il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali;

(iv) 

l-istituzzjoni;

(v) 

sussidjarja ta' waħda mill-entitajiet imsemmija fil-punti (i) sa (iv) li hija inkluża fl-ambitu tal-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed.

Il-metodu magħżul għandu jiġi applikat b’mod konsistenti matul iż-żmien.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.