+Artikolu 70 Tnaqqis ta’ strumenti ta’ Grad 2 meta istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’entità rilevanti
---+Artikolu 70 1.
---+Artikolu 70 2.
---+Artikolu 70 3.
---+Artikolu 70 4.
---+Artikolu 70 5.

Artikolu 70 Tnaqqis ta’ strumenti ta’ Grad 2 meta istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’entità rilevanti

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 70 1.

Għall-finijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 66, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont applikabbli li jrid jitnaqqas billi jimmultiplikaw l-ammont imsemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu bil-fattur derivat mill-kalkolu msemmi fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu:

▼C2

(a) 

l-ammont aggregat li bih il-holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, strumenti Addizzjonali ta' Grad 1 u ta' Grad 2 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju li fihom l-istituzzjoni m'għandhiex investiment sinifikanti jaqbeż l-10 % tal-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni kkalkulat wara li jiġu applikati dawn li ġejjin:

▼B

(i) 

l-Artikolu 32 sa 35;

▼M17

(ii) 

l-Artikolu 36(1), il-punti (a) sa (g), il-punti (k)(ii), sa (vi) u l-punti (l), (m) u (n). bl-esklużjoni tal-ammont li jrid jitnaqqas għall-assi ta' taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabbiltà futura u jirriżultaw minn differenzi temporanji;

▼B

(iii) 

l-Artikoli 44 u 45;

▼C2

(b) 

l-ammont ta' holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti ta' Grad 2 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju li fihom l-istituzzjoni m'għandhiex investiment sinifikanti diviż bl-ammont aggregat tal-holdings diretti, indiretti u sintetiċi kollha mill-istituzzjoni ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, strumenti Addizzjonali ta' Grad 1 u ta' Grad 2 ta' dawk l-entitajiet tas-settur finanzjarju.

▼B

Artikolu 70 2.
L-istituzzjonijiet għandhom jeskludu pożizzjonijiet ta’ sottoskrizzjoni miżmuma għal ħamest ijiem tax-xogħol jew inqas mill-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u mill-kalkolu tal-fattur imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1.
Artikolu 70 3.

L-ammont li għandu jitnaqqas skont il-paragrafu 1 għandu jitqassam f'proporzjon tul kull strument ta' Grad 2 miżmum. L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont li għandu jitnaqqas minn kull strument ta' Grad 2 li għandu jitnaqqas skont il-paragrafu 1 billi jiġi multiplikat l-ammont speċifikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bil-propozjon speċifikat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:

(a) 

ammont totali ta' holdings li jkun meħtieġ li jitnaqqas skont il-paragrafu 1;

(b) 

il-proporzjon tal-ammont aggregat ta' holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti ta' Grad 2 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju li l-istituzzjoni m'għandhiex investiment sinifikanti fihom rappreżentat minn kull strument ta' Grad 2 miżmum.

Artikolu 70 4.
L-ammont tal-holdings imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 66(1) li jkun ugwali għal jew inqas minn 10 % tal-elementi ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 tal-istituzzjoni wara l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a)(i) sa (iii) tal-paragrafu 1 m’għandux jitnaqqas u għandu jkun soġġett għall-piż tar-riskji applikabbli skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u r-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta, kif ikun applikabbli.
Artikolu 70 5.

L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-ammont ta' kull strument ta' Grad 2 li jkun ippeżat għar-riskju skont il-paragrafu 4 billi jimmultiplikaw l-ammont speċifikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bl-ammont speċifikat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:

(a) 

l-ammont tal-holdings meħtieġ li jkun ippeżat għar-riskju skont il-paragrafu 4;

(b) 

il-proporzjon li jirriżulta mill-kalkolazzjoni fil-punt (b) tal-paragrafu 3.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.