+Artikolu 72b Strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli
---+Artikolu 72b 1.
---+Artikolu 72b 2.
---+Artikolu 72b 3.
---+Artikolu 72b 4.
---+Artikolu 72b 5.
---+Artikolu 72b 6.
---+Artikolu 72b 7.

Artikolu 72b Strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 72b 1.
L-obbligazzjonijiet għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli dment li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u biss sal-punt speċifikat f'dan l-Artikolu.
Artikolu 72b 2.

L-obbligazzjonijiet għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli dment li l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a) 

l-obbligazzjonijiet ikunu nħarġu jew ingħataw direttament, kif applikabbli, minn istituzzjoni u jkunu tħallsu kompletament;

(b) 

l-obbligazzjonijiet mhumiex proprjetà ta' ebda waħda minn dawn li ġejjin:

(i) 

l-istituzzjoni jew entità inkluża fl-istess grupp ta' riżoluzzjoni;

(ii) 

impriża li fiha l-istituzzjoni jkollha parteċipazzjoni diretta jew indiretta fil-forma ta' sjieda, diretta jew permezz ta' kontroll, ta' 20 % jew iktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta' dik l-impriża;

(c) 

l-akkwist tas-sjieda tal-obbligazzjonijiet ma jkunx direttament jew indirettament iffinanzjat mill-entità ta' riżoluzzjoni;

(d) 

il-pretensjoni fuq l-ammont prinċipali tal-obbligazzjonijiet skont id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti tkun totalment subordinata għal pretensjonijiet li jinħolqu mill-obbligazzjonijiet esklużi msemmija fl-Artikolu 72a(2); dak ir-rekwiżit ta' subordinazzjoni għandu jitqies li ġie ssodisfat fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(i) 

id-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw l-obbligazzjonijiet jispeċifikaw li fil-każ ta' proċedimenti ta' insolvenza normali kif definiti fil-punt (47) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, il-pretensjoni fuq l-ammont prinċipali tal-istrumenti tikklassifika taħt pretensjonijiet li jinħolqu minn kwalunkwe obbligazzjoni eskluża msemmija fl-Artikolu 72a(2) ta' dan ir-Regolament;

(ii) 

il-liġi applikabbli tispeċifika li fil-każ ta' proċedimenti ta' insolvenza normali kif definiti fil-punt (47) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, il-pretensjoni fuq l-ammont prinċipali tal-istrumenti tikklassifika taħt pretensjonijiet li jinħolqu minn kwalunkwe obbligazzjoni eskluża msemmija fl-Artikolu 72a(2) ta' dan ir-Regolament;

(iii) 

l-istrumenti jinħarġu minn entità ta' riżoluzzjoni li fuq il-karta tal-bilanċ tagħha ma jkollhiex obbligazzjonijiet esklużi kif imsemmi fl-Artikolu 72a(2) ta' dan ir-Regolament li jikklassifikaw pari passu jew inqas mill-istrumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli;

(e) 

l-obbligazzjonijiet la huma ggarantiti, u lanqas soġġetti għal garanzija jew kwalunkwe arranġament ieħor li jsaħħaħ is-superjorità tal-pretensjoni minn xi waħda minn dawn li ġejjin:

(i) 

l-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;

(ii) 

l-impriża prinċipali tal-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;

(iii) 

kwalunkwe impriża li jkollha rabtiet mill-qrib mal-entitajiet imsemmija fil-punti (i) u (ii);

(f) 

l-obbligazzjonijiet mhumiex soġġetti għal arranġamenti ta' tpaċija jew ta' netting li jimminaw il-kapaċità tagħhom li jassorbu t-telf f'każ ta' riżoluzzjoni;

(g) 

id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-obbligazzjonijiet ma jinkludu l-ebda inċentiv biex l-ammont prinċipali tagħhom jinxtara, jinfeda jew jinxtara mill-ġdid qabel il-maturità tagħhom jew jitħallas lura b'mod bikri mill-istituzzjoni, kif applikabbli, għajr fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 72c(3);

(h) 

l-obbligazzjonijiet ma jistgħux jinfdew mid-detenturi tal-istrumenti qabel il-maturità tagħhom, għajr fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 72c(2);

(i) 

soġġett għall-Artikolu 72c(3) u (4), meta l-obbligazzjonijiet jinkludu opzjoni ta' ħlas lura bikri waħda jew aktar inkluż opzjonijiet ta' xiri, l-opzjonijiet huma eżerċitabbli fid-diskrezzjoni totali tal-emittent, għajr fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 72c(2);

(j) 

l-obbligazzjonijiet jistgħu jinxtraw, jinfdew, jitħallsu lura jew jinxtraw mill-ġdid b'mod bikri biss meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 77 u 78a jiġu ssodisfati;

(k) 

id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-obbligazzjonijiet ma jindikawx b'mod espliċitu jew impliċitu li l-obbligazzjonijiet ser jinxtraw, jinfdew, jitħallsu lura jew jinxtraw mill-ġdid b'mod bikri, kif applikabbli mill-entità ta' riżoluzzjoni għajr fil-każ tal-insolvenza jew il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni u l-istituzzjoni ma tipprovdix b'mod ieħor tali indikazzjoni;

(l) 

id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-obbligazzjonijiet ma jagħtux lid-detentur id-dritt li jgħaġġel il-pagamenti skedati fil-futur tal-imgħax jew tal-prinċipal, ħlief fil-każ tal-insolvenza jew tal-likwidazzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni;

(m) 

il-livell ta' imgħax jew ta' pagamenti ta' dividendi, kif applikabbli, dovut fuq l-obbligazzjonijiet ma jiġix emendat abbażi tal-istatus tal-kreditu tal-entità ta' riżoluzzjoni jew tal-impriża prinċipali tagħha;

(n) 

għal strumenti maħruġa wara t-28 ta' Ġunju 2021 id-dokumentazzjoni kuntrattwali rilevanti u, fejn applikabbli, il-prospett, relatati mal-ħruġ jirreferu b'mod espliċitu għall-eżerċizzju possibbli tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni skont l-Artikolu 48 tad-Direttiva 2014/59/UE.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-partijiet tal-obbligazzjonijiet li huma sottoskritti biss għandhom ikunu eliġibbli biex jikkwalifikaw bħala strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli.

Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu ta' dan l-Artikolu, fejn xi wħud mill-obbligazzjonijiet esklużi msemmija fl-Artikolu 72a(2) ikunu subordinati għal talbiet mhux garantiti ordinarji taħt il-liġi nazzjonali tal-insolvenza, fost l-oħrajn, minħabba li jkunu miżmuma minn kreditur li jkollu rabtiet mill-qrib mad-debitur, billi jkun jew billi kien azzjonist, f'relazzjoni ta' kontroll jew ta' grupp, membru tal-korp maniġerjali jew relatat ma' kwalunkwe waħda minn dawk il-persuni, is-subordinazzjoni ma għandhiex tiġi vvalutata b'referenza għat-talbiet li jirriżultaw minn dawn l-obbligazzjonijiet esklużi.

Għall-finijiet tal-Artikolu 92b, ir-referenzi għall-entità ta’ riżoluzzjoni fil-punti (c), (k), (l) u (m) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jinftiehmu wkoll bħala referenzi għal istituzzjoni li hija sussidjarja materjali ta’ G-SII mhux tal-UE.

Artikolu 72b 3.

►M17  Minbarra l-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tippermetti li l-obbligazzjonijiet jikkwalifikaw bħala strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli sa ammont aggregat li ma jaqbiżx it-3,5  % tal-ammont tal-iskopertura totali tar-riskju kkalkulata f'konformità mal-Artikolu 92(3), sakemm: ◄

(a) 

il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 2, ħlief għall-kondizzjoni fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, huma ssodisfati;

(b) 

l-obbligazzjonijiet jikklassifikaw pari passu mal-obbligazzjonijiet esklużi fl-iktar klassifikazzjoni baxxa msemmija fl-Artikolu 72a(2) bl-eċċezzjoni tal-obbligazzjonijiet esklużi li huma subordinati esklużi għal pretensjonijiet mhux garantiti ordinarji taħt il-liġi nazzjonali tal-insolvenza msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu; u

(c) 

l-inklużjoni ta' dawk l-obbligazzjonijiet fl-elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli mhix ser twassal għal riskju materjali ta' kontestazzjoni legali li tirnexxi jew pretensjonijiet validi ta' kumpens kif ivvalutati mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-prinċipji msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 34(1) u l-Artikolu 75 tad-Direttiva 2014/59/UE.

Artikolu 72b 4.

L-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tippermetti li obbligazzjonijiet jikkwalifikaw bħala strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli barra mill-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, dment li:

(a) 

l-istituzzjoni ma titħalliex tinkludi fl-elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli l-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3;

(b) 

il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 2, ħlief għall-kondizzjoni fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, huma ssodisfati;

(c) 

l-obbligazzjonijiet jikklassifikaw pari passu jew huma superjuri għall-obbligazzjonijiet esklużi fl-iktar klassifikazzjoni baxxa msemmija fl-Artikolu 72a(2) bl-eċċezzjoni tal-obbligazzjonijiet subordinati esklużi għal pretensjonijiet mhux garantiti ordinarji taħt il-liġi nazzjonali tal-insolvenza msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

(d) 

fuq il-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni, l-ammont tal-obbligazzjonijiet esklużi msemmija fl-Artikolu 72a(2) li jikklassifikaw pari passu jew taħt dawk l-obbligazzjonijiet fl-insolvenza ma jaqbiżx il-5 % tal-ammont tal-fondi proprji u tal-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni;

(e) 

l-inklużjoni ta' dawk l-obbligazzjonijiet fl-elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli mhix ser twassal għal riskju materjali ta' kontestazzjoni legali li tirnexxi jew pretensjonijiet validi ta' kumpens kif ivvalutati mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-prinċipji msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 34(1) u l-Artikolu 75 tad-Direttiva 2014/59/UE.

Artikolu 72b 5.
L-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' biss tippermetti li istituzzjoni tinkludi l-obbligazzjonijiet imsemmija jew fil-paragrafu 3 jew 4 bħala elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli.
Artikolu 72b 6.
L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti meta teżamina jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu ġewx issodisfati.
Artikolu 72b 7.

L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a) 

il-forom u n-natura applikabbli ta' finanzjament indirett tal-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli;

(b) 

il-forma u n-natura tal-inċentivi għat-tifdija għall-finijiet tal-kondizzjoni stabbilita fil-punt (g) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 72c(3).

Dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji għandhom ikunu allinjati b'mod sħiħ mal-att delegat imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 28(5) u fil-punt (a) tal-Artikolu 52(2).

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Diċembru 2019.

Il-Kummissjoni hija ddelegata bis-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.