+Artikolu 78 4.

Artikolu 78 4.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu permess lill-istituzzjonijiet li jixtru, jifdu, jħallsu lura jew jixtru mill-ġdid strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali jew ta' Grad 2 jew kontijiet tal-premium azzjonarju relatati matul il-ħames snin wara d-data tal-ħruġ tagħhom meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 u waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

ikun hemm bidla fil-klassifika regolatorja ta' dawk l-istrumenti li tkun x'aktarx tirriżulta fl-esklużjoni tagħhom mill-fondi proprji jew fir-riklassifikazzjoni tagħhom bħala fondi proprji ta' kwalità inferjuri, u jiġu ssodisfati ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

l-awtorità kompetenti tikkunsidra li tali bidla hi suffiċjentement ċerta;

(ii) 

l-istituzzjoni turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li r-riklassifikazzjoni regolatorja ta' dawk l-istrumenti ma kinitx raġonevolment prevedibbli fil-ħin tal-ħruġ tagħhom;

(b) 

ikun hemm bidla fit-trattament applikabbli tat-taxxa ta' dawk l-istrumenti li l-istituzzjoni turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li tkun materjali u ma kinitx raġonevolment prevedibbli fil-ħin tal-ħruġ tagħhom;

(c) 

l-istrumenti u l-kontijiet tal-premium azzjonarju relatati għandhom anterjorità skont l-Artikolu 494b;

(d) 

qabel jew fl-istess ħin tal-azzjoni msemmija fl-Artikolu 77(1), l-istituzzjoni tissostitwixxi l-istrumenti jew il-kontijiet tal-premium azzjonarju relatati msemmija fl-Artikolu 77(1) bi strumenti ta' fondi proprji li jkunu ta' kwalità ugwali jew ogħla f'termini li jkunu sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjoni u l-awtorità kompetenti tkun ippermettiet dik l-azzjoni abbażi tad-determinazzjoni li tkun ta' benefiċċju mil-lat prudenzjali u ġġustifikata b'ċirkostanzi eċċezzjonali;

(e) 

l-istrumenti tal-Grad 1 Addizzjonali jew tal-Grad 2 jinxtraw mill-ġdid għall-finijiet tal-ġenerazzjoni tas-suq.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.