+Artikolu 78a Permess biex jitnaqqsu strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli
---+Artikolu 78a 1.
---+Artikolu 78a 2.
---+Artikolu 78a 3.

Artikolu 78a Permess biex jitnaqqsu strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 78a 1.

L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tagħti permess biex istituzzjoni tixtri, tifdi, tħallas lura jew tixtri mill-ġdid strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli meta waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin tiġi ssodisfata:

(a) 

qabel jew fl-istess ħin ta' kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 77(2), l-istituzzjoni tissostitwixxi l-istrumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli bi strumenti ta' fondi proprji jew ta' obbligazzjonijiet eliġibbli li jkunu tal-istess kwalità jew ogħla f'termini li jkunu sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjoni;

(b) 

l-istituzzjoni wriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità ta' riżoluzzjoni li l-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni sejrin, wara l-azzjoni msemmija fl-Artikolu 77(2) ta' dan ir-Regolament, jeċċedu r-rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli stabbiliti f'dan ir-Regolament, fid-Direttiva 2013/36/UE u 2014/59/UE b'marġni li l-awtorità ta' riżoluzzjoni, fi qbil mal-awtorità kompetenti, tqis meħtieġ;

(c) 

l-istituzzjoni wriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità ta' riżoluzzjoni li s-sostituzzjoni parzjali jew sħiħa tal-obbligazzjonijiet eliġibbli bi strumenti ta' fondi proprji hija meħtieġa sabiex tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti f'dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE għall-kontinwazzjoni tal-awtorizzazzjoni.

Meta istituzzjoni tipprovdi biżżejjed salvagwardji dwar il-kapaċità tagħha li topera bil-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli billi teċċedi l-ammont tar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u fid-Direttivi 2013/36/UE u 2014/59/UE, l-awtorità ta' riżoluzzjoni, wara li tikkonsulta lill-awtorità kompetenti, tista' tagħti lil dik l-istituzzjoni permess ġenerali minn qabel biex twettaq ix-xiri, il-fidi, il-pagamenti lura jew ix-xiri mill-ġdid ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli, soġġett għal kriterji li jiżguraw li kwalunkwe azzjoni futura bħal din tkun skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu. Dak il-permess ġenerali minn qabel għandu jingħata biss għal perijodu speċifikat, li ma għandux jaqbeż is-sena, u wara jista' jiġi mġedded. Il-permess ġenerali minn qabel għandu jingħata għal ċertu ammont predeterminat, li għandu jiġi stabbilit mill-awtorità ta' riżoluzzjoni. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar kwalunkwe permess ġenerali mogħti minn qabel.

L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jirtiraw il-permess ġenerali minn qabel meta istituzzjoni tikser kwalunkwe kriterju pprovdut għall-finijiet ta' dak il-permess.

Artikolu 78a 2.
Meta skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 tkun qed tiġi vvalutata s-sostenibbiltà tal-istrumenti ta' sostituzzjoni għall-kapaċità ta' introjtu tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw sa fejn dawk l-istrumenti kapitali jew l-obbligazzjonijiet ta' sostituzzjoni eliġibbli jkunu ta' spiża akbar għall-istituzzjoni milli dawk li jissostitwixxu.
Artikolu 78a 3.

L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:

(a) 

il-proċess ta' kooperazzjoni bejn l-awtorità kompetenti u l-awtorità ta' riżoluzzjoni;

(b) 

il-proċedura, inkluż il-limiti ta' żmien u r-rekwiżiti ta' informazzjoni, għall-għoti ta' permess f'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1;

(c) 

il-proċedura, inkluż il-limiti ta' żmien u r-rekwiżiti ta' informazzjoni, għall-għoti ta' permess minn qabel f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1;

(d) 

it-tifsira ta' “sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjoni”.

Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji għandhom ikunu allinjati b'mod sħiħ mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 78.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Diċembru 2019.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.