+Artikolu 80 Analiżi kontinwa tal-kwalità ta' strumenti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli
---+Artikolu 80 1.
---+Artikolu 80 2.
---+Artikolu 80 3.
---+Artikolu 80 4.
|
Artikolu 80 Analiżi kontinwa tal-kwalità ta' strumenti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 80 1.
|
L-ABE għandha timmonitorja l-kwalità tal-istrumenti tal-fondi proprji u tal-obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa minn istituzzjonijiet madwar l-Unjoni u għandha minnufih tinnotifika lill-Kummissjoni fejn ikun hemm evidenza sinifikanti li dawk l-istrumenti ma jilħqux il-kriterji tal-eliġibbiltà rispettivi stabbiliti f'dan ir-Regolament. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, bla dewmien u fuq talba tal-ABE, jibagħtu l-informazzjoni kollha lill-ABE li l-ABE tqis bħala rilevanti rigward l-istrumenti kapitali ġodda jew tipi ġodda ta' obbligazzjonijiet maħruġa sabiex l-ABE tkun tista' timmonitorja l-kwalità tal-istrumenti tal-fondi proprji u tal-obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa minn istituzzjonijiet fl-Unjoni kollha.
|
|
Artikolu 80 2.
|
Notifika għandha tinkludi dawn li ġejjin:
(a)
spjegazzjoni dettaljata tan-natura u l-grad tan-nuqqas identifikat;
(b)
parir tekniku dwar l-azzjoni mill-Kummissjoni li l-ABE tikkunsidra li tkun meħtieġa;
(c)
żviluppi sinifikanti fil-metodoloġija tal-ABE għall-ittestjar għal stress tas-solvenza tal-istituzzjonijiet.
|
|
Artikolu 80 3.
|
L-ABE għandha tipprovdi parir tekniku lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe tibdil sinifikanti li tikkunsidra li jkun meħtieġ għad-definizzjoni tal-fondi proprji u tal-obbligazzjonijiet eliġibbli bħala riżultat ta' xi waħda minn dawn li ġejjin:
▼B
(a)
żviluppi rilevanti fl-istandards jew fil-prattika tas-suq;
(b)
tibdil fl-istandards rilevanti ġuridiċi jew kontabilistiċi;
(c)
żviluppi sinifikanti fil-metodoloġija tal-ABE għall-ittestjar għal stress tas-solvenza tal-istituzzjonijiet.
|
|
Artikolu 80 4.
|
L-ABE għandha tipprovdi parir tekniku lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014 dwar trattament possibbli ta’ qligħ mhux realizzat imkejjel f’valur ġust minbarra li tinkludihom f’’Ekwità Komuni ta’ Grad 1 mingħajr aġġustament. Tali rakkomandazzjonijiet għandhom jieħdu kont ta’ żviluppi rilevanti fl-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà u fi ftehimiet internazzjonali dwar standards prudenzjali għall-banek.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|