+Artikolu 92a Rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għall-G-SII
---+Artikolu 92a 1.
---+Artikolu 92a 2.

Artikolu 92a Rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għall-G-SII

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 92a 1.

Soġġetti għall-Artikoli 93 u 94 u għall-eċċezzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet identifikati bħala entitajiet ta’ riżoluzzjoni u li huma entitajiet G-SII għandhom dejjem jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli:

▼M17

(a) 

proporzjon ibbażat fuq ir-riskju ta' 18 %, li jirrappreżenta l-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulata f'konformità mal-Artikolu 92(3);

▼M8

(b) 

proporzjon mhux ibbażat fuq ir-riskju ta' 6,75 %, li jirrappreżenta l-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni espress bħala perċentwal tal-kejl totali tal-iskopertura msemmi fl-Artikolu 429(4).

Artikolu 92a 2.

Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

fit-tliet snin ta' wara d-data li fiha l-istituzzjoni jew il-grupp li tagħmel parti minnu l-istituzzjoni jkun ġie identifikat bħala G-SII;

(b) 

fis-sentejn ta' wara d-data li fiha l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun applikat l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna skont id-Direttiva 2014/59/UE;

(c) 

fis-sentejn ta' wara d-data li fiha l-entità ta' riżoluzzjoni tkun daħħlet fis-seħħ miżura alternattiva għas-settur privat imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 32(1) tad-Direttiva 2014/59/UE li permezz tagħha strumenti kapitali u obbligazzjonijiet oħra jkunu tnaqqsu fil-valur jew ġew ikkonvertiti f'punti tal-Ekwità Komuni tal-Grad 1 sabiex jikkapitalizzaw mill-ġdid l-entità ta' riżoluzzjoni mingħajr l-applikazzjoni tal-għodda ta' riżoluzzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.