+Artikolu 94 Deroga għal negozji żgħar fil-portafoll tan-negozjar
---+Artikolu 94 1.
---+Artikolu 94 2.
---+Artikolu 94 3.
---+Artikolu 94 4.
---+Artikolu 94 5.
---+Artikolu 94 6.
---+Artikolu 94 7.
---+Artikolu 94 8.
---+Artikolu 94 9.
---+Artikolu 94 10.
|
Artikolu 94 Deroga għal negozji żgħar fil-portafoll tan-negozjar
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 94 1.
|
►M17
B'deroga mill-Artikolu 92(4), il-punt (b), u l-Artikolu 92(5), il-punt (b), l-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji għan-negozju tal-portafoll tan-negozjar tagħhom f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu dment li d-daqs tan-negozju fil-portafoll tan-negozjar fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet huwa daqs jew inqas miż-żewġ livelli limitu li ġejjin abbażi ta' valutazzjoni mwettqa fuq bażi ta' kull xahar bl-użu tad-data sal-aħħar jum tax-xahar: ◄
(a)
5 % tat-total ta' assi tal-istituzzjoni;
|
|
Artikolu 94 2.
|
Fejn iż-żewġ kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 jiġu ssodisfati, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji għan-negozju tal-portafoll tan-negozjar tagħhom kif ġej:
▼M17
(a)
għall-kuntratti elenkati fl-Anness II, il-punt 1, il-kuntratti relatati mal-ekwitajiet li huma msemmija fil-punt 3 ta' dak l-Anness u d-derivattivi ta' kreditu, l-istituzzjonijiet jistgħu jeżentaw dawk il-pożizzjonijiet mir-rekwiżit ta' fondi proprji msemmi fl-Artikolu 92(4), il-punt (b), u l-Artikolu 92(5), il-punt (b);
(b)
għal pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar għajr dawk imsemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet jistgħu jissostitwixxu r-rekwiżit ta' fondi proprji msemmi fl-Artikolu 92(4), il-punt (b), u l-Artikolu 92(5), il-punt (b), bir-rekwiżit ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(4), il-punt (a), u l-Artikolu 92(5), il-punt (a).
▼M8
|
|
Artikolu 94 3.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw id-daqs tan-negozju tal-portafoll tan-negozjar fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta tal-bilanċ tagħhom abbażi tad-data sal-aħħar jum ta' kull xahar għall-finijiet tal-paragrafu 1 skont ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
il-pożizzjonijiet kollha assenjati fil-portafoll tan-negozjar skont l-Artikolu 104 għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu ħlief għal dawn li ġejjin:
(i)
pożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kambju u l-komoditajiet;
(ii)
pożizzjonijiet fid-derivattivi ta' kreditu li huma rikonoxxuti bħala ħħeġġjar intern kontra l-iskoperturi għar-riskju ta' kreditu ta' portafoll mhux tan-negozjar jew skoperturi għar-riskju tal-kontroparti u tat-tranżazzjonijiet derivattivi tal-kreditu li ipaċu perfettament ir-riskju tas-suq ta' dak l-iħħeġġjar intern kif imsemmi fl-Artikolu 106(3);
(b)
il-pożizzjonijiet kollha inklużi fil-kalkolu f'konformità mal-punt (a) għandhom jiġu stmati bil-valuri tas-suq tagħhom f'dik id-data partikolari; meta l-valur tas-suq ta' pożizzjoni ma jkunx disponibbli f'data partikolari, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-valur ġust tas-suq għal dik il-pożizzjoni f'dik id-data; meta l-valur tas-suq u l-valur ġust ta' pożizzjoni ma jkunux disponibbli f'dik id-data, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-valur tas-suq jew il-valur ġust l-iktar reċenti għal dik il-pożizzjoni;
▼M17
(c)
l-valur assolut tal-pożizzjoni twila aggregata għandu jingħadd mal-valur assolut tal-pożizzjoni qasira aggregata.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, pożizzjoni twila hija waħda meta l-valur tas-suq tal-pożizzjoni jiżdied meta jiżdied il-valur tal-motivatur ewlieni tar-riskju tagħha, u pożizzjoni qasira hija waħda meta l-valur tas-suq tal-pożizzjoni jonqos meta jiżdied il-valur tal-motivatur ewlieni tagħha tar-riskju. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-valur tal-pożizzjoni twila (qasira) aggregata għandu jkun daqs is-somma tal-valuri tal-pożizzjonijiet individwali twal (qosra) inklużi fil-kalkolu f'konformità mal-punt (a).
|
|
Artikolu 94 4.
|
Fejn jintlaħqu ż-żewġ kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, irrispettivament mill-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 74 u 83 tad-Direttiva 2013/36/UE, l-Artikolu 102(3) u (4), l-Artikoli 103 u 104b ta' dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw.
|
|
Artikolu 94 5.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti meta jikkalkulaw, jew jieqfu jikkalkulaw, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tan-negozju tal-portafoll tan-negozjar tagħhom skont il-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 94 6.
|
Istituzzjoni li ma tibqax tissodisfa waħda jew iktar mill-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għandha tinnotifika mill-ewwel lill-awtorità kompetenti dwar dan.
|
|
Artikolu 94 7.
|
Istituzzjoni għandha tieqaf tikkalkola r-rekwiżiti ta' fondi proprji tan-negozju tal-portafoll tan-negozjar tagħha skont dan il-paragrafu 2 fi żmien tliet xhur li jseħħ wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
l-istituzzjoni ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 1 għal tliet xhur konsekuttivi;
(b)
l-istituzzjoni ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 1 għal aktar minn 6 xhur mill-aħħar 12-il xahar.
|
|
Artikolu 94 8.
|
Meta istituzzjoni ma baqgħetx tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji tan-negozju tal-portafoll tan-negozjar tagħha skont dan l-Artikolu, għandha tkun permessa biss tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji tan-negozju tal-portafoll tan-negozjar tagħha skont dan l-Artikolu meta turi lill-awtorità kompetenti li ġew issodisfati l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 1 għal perijodu sħiħ mhux interrott ta' sena.
|
|
Artikolu 94 9.
|
L-istituzzjonijiet ma għandhomx jidħlu fi, jixtru jew ibiegħu pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar bl-uniku skop li jikkonformaw ma' waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 matul il-valutazzjoni ta' kull xahar.
|
|
Artikolu 94 10.
|
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-metodu għall-identifikazzjoni tal-motivatur ewlieni tar-riskju ta' pożizzjoni u għad-determinazzjoni ta' jekk tranżazzjoni tirrappreżentax pożizzjoni twila jew qasira kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, u fl-Artikoli 273a(3) u 325a(2). Fl-iżvilupp ta' dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji, l-EBA għandha tqis il-metodu żviluppat għall-istandards tekniċi regolatorji awtorizzati f'konformità mal-Artikolu 279a(3), il-punt (b). L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2025. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|