+Artikolu 107 Approċċi għal riskju ta’ kreditu
---+Artikolu 107 1.
---+Artikolu 107 2.
---+Artikolu 107 3.
---+Artikolu 107 4.
|
Artikolu 107 Approċċi għal riskju ta’ kreditu
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 107 1.
|
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw jew l-Approċċ Standardizzat previst fil-Kapitolu 2 jew, meta permessi mill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 143, l-Approċċ Ibbażat fuq il-Klassifikazzjonijiet Interni previst fil-Kapitolu 3 sabiex jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju tagħhom għall-finijiet tal-Artikolu 92(4), il-punti (a) u (g).
|
|
Artikolu 107 2.
|
Għall-iskoperturi kummerċjali u għall-kontribuzzjonijiet tal-fondi tal-inadempjenza għal kontroparti ċentrali, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-trattament stipulat fit-Taqsima 9 tal-Kapitolu 6 sabiex jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju tagħhom għall-finijiet tal-Artikolu 92(4), il-punti (a) u (g). Għat-tipi l-oħrajn kollha ta' skopertura għal kontroparti ċentrali, l-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw dawn l-iskoperturi bħala skoperturi għal istituzzjonijiet kif ġej:
(a)
bħala skoperturi għal istituzzjoni għal tipi oħrajn ta' skoperturi għal CCP kwalifikanti;
(b)
bħala skoperturi għal korporattiva għal tipi oħrajn ta' skoperturi għal CCP mhux kwalifikattiva.
|
|
Artikolu 107 3.
|
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, skoperturi għal ditti ta' investiment ta' pajjiżi terzi, istituzzjonijiet ta' kreditu ta' pajjiżi terzi u boroż ta' pajjiżi terzi, kif ukoll skoperturi għal istituzzjonijiet finanzjarji ta' pajjiżi terzi awtorizzati u ssorveljati minn awtoritajiet ta' pajjiżi terzi u soġġetti għal rekwiżiti prudenzjali komparabbli ma' dawk applikati għal istituzzjonijiet f'termini ta' robustezza, għandhom jiġu ttrattati bħala skoperturi għal istituzzjoni biss jekk il-pajjiż terz japplika rekwiżiti prudenzjali u superviżorji għal dik l-entità li jkunu tal-anqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni.
|
|
Artikolu 107 4.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 3, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, u soġġett għall-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 462(2), deċiżjoni dwar jekk pajjiż terz japplikax arranġamenti superviżorji u regolatorji prudenzjali li tal-anqas ikunu ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni. Fin-nuqqas ta’ tali deċiżjoni, sal-1 ta’ Jannar 2015, l-istituzzjonijiet jistgħu jkomplu jittrattaw l-iskoperturi għal entitajiet imsemmija fil-paragrafu 3 bħala skoperturi għal istituzzjonijiet dment li l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jkunu approvaw il-pajjiż terz bħala eliġibbli għal dak it-trattament qabel l-1 ta’ Jannar 2014.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|