+Artikolu 110 Trattament tal-aġġustament għar-riskju ta’ kreditu
---+Artikolu 110 1.
---+Artikolu 110 2.
---+Artikolu 110 3.
---+Artikolu 110 4.
|
Artikolu 110 Trattament tal-aġġustament għar-riskju ta’ kreditu
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 110 1.
|
L-istituzzjonijiet li japplikaw l-Approċċ Standardizzat għandhom jittrattaw l-aġġustamenti ġenerali għar-riskju ta’ kreditu skont l-Artikolu 62(c).
|
|
Artikolu 110 2.
|
L-istituzzjonijiet li japplikaw l-Approċċ IRB għandhom jittrattaw l-aġġustamenti ġenerali għar-riskju ta’ kreditu skont l-Artikolu 159, l-Artikolu 62(d) u l-Artikolu 36(1)(d). Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu u tal-Kapitoli 2 u 3, l-aġġustamenti ġenerali u speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu għandhom jeskludu l-fondi għal riskji bankarji ġenerali.
|
|
Artikolu 110 3.
|
L-istituzzjonijiet li jużaw l-Approċċ IRB li japplikaw l-Approċċ Standardizzat għal parti tal-iskoperturi tagħhom fuq bażi konsolidata jew individwali, skont l-Artikoli 148 u 150 għandhom jiddeterminaw il-parti tal-aġġustament ġenerali għar-riskju ta’ kreditu li tkun sejra tiġi assenjata għat-trattament tal-aġġustament ġenerali għar-riskju ta’ kreditu skont l-Approċċ Standardizzat u għat-trattament tal-aġġustamenti ġenerali għar-riskju ta’ kreditu skont l-Approċċ IRB kif ġej:
(a)
fejn applikabbli meta istituzzjoni inkluża fil-konsolidazzjoni tapplika b’mod esklussiv l-Approċċ IRB, l-aġġustamenti ġenerali għar-riskju ta’ kreditu ta’ din l-istituzzjoni għandhom jiġu assenjati għat-trattament stabbiliti f’dan il-paragrafu 2;
(b)
fejn applikabbli, meta istituzzjoni inkluża fil-konsolidazzjoni tapplika b’mod esklussiv l-Approċċ Standardizzat, l-aġġustament ġenerali għar-riskju ta’ kreditu ta’ din l-istituzzjoni għandu jiġi assenjat lit-trattament stabbilit fil-paragrafu 1;
(c)
Il-bqija tal-aġġustament għar-riskju ta’ kreditu għandu jiġi assenjat fuq bażi prorata skont il-proporzjon tal-ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju soġġett għall-Approċċ Standardizzat u soġġett għall-Approċċ IRB.
|
|
Artikolu 110 4.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kalkolu tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu u l-aġġustamenti ġenerali għar-riskju ta’ kreditu skont il-qafas kontabilistiku applikabbli għal li ġejjin:
(a)
il-valur tal-iskopertura skont l-Approċċ Standardizzat imsemmi fl-Artikolu 111;
(b)
il-valur tal-iskopertura skont l-Approċċ IRB imsemmi fl-Artikoli 166 sa 168;
(c)
it-trattament tal-ammonti ta’ telf mistennija msemmi fl-Artikolu 159;
(d)
il-valur tal-iskopertura għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għall-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 246 u 266;
(e)
id-determinazzjoni ta’ inadempjenza skont l-Artikolu 178;
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013. Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|