+Artikolu 120 L-iskoperturi għal istituzzjonijiet ikklassifikati
---+Artikolu 120 1.
---+Artikolu 120 2.
---+Artikolu 120 3.

Artikolu 120 L-iskoperturi għal istituzzjonijiet ikklassifikati

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 120 1.

L-iskoperturi għall-istituzzjonijiet li għalihom ikun hemm disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju f'konformità mat-Tabella 1 li jikkorrispondi mal-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI f'konformità mal-Artikolu 136.



Tabella 1

Skala tal-kwalità kreditizja

1

2

3

4

5

6

Piż tar-riskju

20 %

30 %

50 %

100 %

100 %

150 %

Artikolu 120 2.

L-iskoperturi għall-istituzzjonijiet b'maturità oriġinali ta' tliet xhur jew anqas li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata u skoperturi li jirriżultaw mill-moviment ta' oġġetti bejn il-fruntieri nazzjonali b'maturità oriġinali ta' sitt xhur jew inqas u li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata, għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju f'konformità mat-Tabella 2 li jikkorrispondi għall-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI f'konformità mal-Artikolu 136.



Tabella 2

Skala tal-kwalità kreditizja

1

2

3

4

5

6

Piż tar-riskju

20 %

20 %

20 %

50 %

50 %

150 %

Artikolu 120 3.

L-interazzjoni bejn it-trattament tal-valutazzjoni tal-kreditu ta’ terminu qasir skont l-Artikolu 131 u t-trattament preferenzjali ġenerali għal skoperturi ta’ terminu qasir stipulati fil-paragrafu 2 għandha tkun kif ġej:

(a) 

Jekk ma jkunx hemm valutazzjoni tal-iskopertura ta’ terminu qasir, it-trattament preferenzjali ġenerali għal skoperturi ta’ terminu qasir kif speċifikat fil-paragrafu 2 għandu japplika għall-iskoperturi kollha għall-istituzzjonijiet b’mhux aktar minn tliet xhur ta’ maturità residwa;

(b) 

Jekk ikun hemm valutazzjoni ta’ terminu qasir u din il-valutazzjoni tistabbilixxi l-applikazzjoni ta’ piż tar-riskju li jkun aktar favorevoli jew identiku għall-użu ta’ trattament preferenzjali ġenerali għal skoperturi ta’ terminu qasir, kif speċifikat fil-paragrafu 2, għal dik l-iskopertura speċifika biss għandha tintuża l-valutazzjoni ta’ terminu qasir. Skoperturi oħra ta’ terminu qasir għandhom isegwu t-trattament preferenzjali ġenerali għal skoperturi ta’ terminu qasir, kif speċifikat fil-paragrafu 2;

(c) 

Jekk ikun hemm valutazzjoni ta’ terminu qasir u din il-valutazzjoni tistabbilixxi piż tar-riskju li jkun inqas favorevoli mill-użu tat-trattament preferenzjali ġenerali għal skoperturi ta’ terminu qasir, kif speċifikat fil-paragrafu 2, ma għandux jintuża t-trattament preferenzjali ġenerali għal skoperturi ta’ terminu qasir u l-pretensjonijiet kollha ta’ terminu qasir mhux ikklassifikati għandhom jiġu assenjati l-istess piż tar-riskju bħal dak applikat mill-valutazzjoni speċifika ta’ terminu qasir.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.