+Artikolu 123 1.

Artikolu 123 1.

Skoperturi li jikkonformaw mal-kriterji kollha li ġejjin għandhom jitqiesu bħala skoperturi fil-livell tal-konsumatur:

(a) 

l-iskopertura tkun għal persuna fiżika waħda jew aktar jew għal SME;

(b) 

l-ammont totali dovut lill-istituzzjoni, lill-impriżi prinċipali tagħha u lis-sussidjarji tagħha, mid-debitur jew mill-grupp ta' klijenti konnessi, inkluż kwalunkwe skopertura f'inadempjenza iżda esklużi skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali, sal-valur tal-proprjetà m'għandux, sa fejn tkun taf l-istituzzjoni, li għandha tieħu passi raġonevoli biex tikkonferma s-sitwazzjoni, jaqbeż EUR 1 miljun;

(c) 

l-iskopertura tirrappreżenta waħda minn numru sinifikanti ta' skoperturi b'karatteristiċi simili, b'tali modi li r-riskji assoċjati ma' tali skopertura jkunu mnaqqsa b'mod sostanzjali;

(d) 

l-istituzzjoni kkonċernata tittratta l-iskopertura fil-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tagħha u timmaniġġa l-iskopertura internament bħala skopertura fil-livell tal-konsumatur b'mod konsistenti maż-żmien u b'mod li jkun simili għat-trattament mill-istituzzjoni ta' skoperturi oħra fil-livell tal-konsumatur.

Il-valur preżenti tal-pagamenti ta' kera minimi fil-livell tal-konsumatur għandu jkun eliġibbli għall-klassi tal-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur.

L-iskoperturi li ma jikkonformawx mal-kriterji msemmija fil-punti (a) sa (c) tal-ewwel subparagrafu ma għandhomx jkunu eliġibbli għall-klassi ta’ skopertura fil-livell tal-konsumatur.

Sal-10 ta’ Lulju 2025, l-EBA għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, biex tispeċifika metodi proporzjonati ta' diversifikazzjoni li skonthom skopertura għandha titqies bħala waħda minn għadd sinifikanti ta' skoperturi simili kif speċifikat fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ta' dan il-paragrafu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.