+Artikolu 123 5.

Artikolu 123 5.

Permezz ta' deroga mill-paragrafu 3, l-iskoperturi minħabba self mogħti minn istituzzjoni lil pensjonanti jew lil impjegati b'kuntratt permanenti kontra t-trasferiment mingħajr kundizzjonijiet ta' parti mill-pensjoni jew mis-salarju tal-mutwatarju lil dik l-istituzzjoni għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 35 %, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

biex jitħallas lura s-self, il-mutwatarju jawtorizza mingħajr kundizzjonijiet lill-fond tal-pensjoni jew lill-impjegatur biex jagħmel pagamenti diretti lill-istituzzjoni billi jnaqqsu l-pagamenti ta' kull xahar tas-self mill-pensjoni jew mis-salarju kull xahar tal-mutwatarju;

(b) 

ir-riskji ta' mewt, ta' inkapaċità għax-xogħol, ta' qgħad jew ta' tnaqqis nett tal-pensjoni jew tas-salarju ta' kull xahar tal-mutwatarju jkunu koperti kif xieraq permezz ta' polza tal-assigurazzjoni għall-benefiċċju tal-istituzzjoni;

(c) 

il-pagamenti ta' kull xahar li għandhom isiru mill-mutwatarju fuq is-self kollu li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) m'għandhomx jaqbżu, meta aggregati, l-20 % tal-pensjoni jew is-salarju nett fix-xahar tal-mutwatarju;

(d) 

il-massimu tal-maturità oriġinali tas-self ikun ugwali għal jew inqas minn 10 snin.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.