+Artikolu 123a Skoperturi b'diskrepanza fil-munita
---+Artikolu 123a 1.
---+Artikolu 123a 2.
---+Artikolu 123a 3.
|
Artikolu 123a Skoperturi b'diskrepanza fil-munita
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 123a 1.
|
Għal skoperturi għal persuni fiżiċi li jkunu assenjati għall-klassi tal-iskoperturi imsemmija fl-Artikolu 112, il-punt (h), jew għal skoperturi għal persuni fiżiċi li jikkwalifikaw bħala skoperturi ggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà residenzjali li jkunu assenjati għall-klassi tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 112, il-punt (i), il-piż tar-riskju assenjat f'konformità ma' dan il-Kapitolu għandu jiġi mmultiplikat b'fattur ta' 1,5 , fejn il-piż tar-riskju li jirriżulta m'għandux ikun ogħla minn 150 %, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-iskopertura tkuniddenominata f'munita li hija differenti mill-munita tas-sors ta' introjtu tad-debitur;
(b)
id-debitur ma jkollux ħeġġ għar-riskju tal-pagament tiegħu minħabba d-diskrepanza fil-munita, jew permezz ta' strument finanzjarju jew inkella introjtu minn munita barranija li jaqbel mal-munita tal-iskopertura, jew it-total ta' tali ħeġġijiet disponibbli għall-mutwatarju jkopri inqas minn 90 % ta' kull pagament parzjali għal din l-iskopertura.
Meta istituzzjoni ma tkunx tista' tagħżel dawk l-iskoperturi b'diskrepanza fil-munita, il-multiplikatur tal-piż tar-riskju ta' 1,5 għandu japplika għall-iskoperturi mhux iħħeġġjati kollha meta l-munita tal-iskoperturi tkun differenti mill-munita domestika tal-pajjiż ta' residenza tad-debitur.
|
|
Artikolu 123a 2.
|
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, is-sors ta' introjtu jirreferi għal kwalunkwe sors li jiġġenera flussi ta' flus lid-debitur, inkluż minn rimessi, minn introjtu mill-kiri jew minn salarji, filwaqt li jeskludi r-rikavati mill-bejgħ ta' assi jew ta' azzjonijiet ta' rikors simili mill-istituzzjoni.
|
|
Artikolu 123a 3.
|
B'deroga mill-paragrafu 1, meta l-par muniti msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), ikun magħmul mill-euro u mill-munita ta' Stat Membru li qed jipparteċipa fit-tieni stadju tal-unjoni ekonomika u monetarja (ERM II), il-multiplikatur tal-piż tar-riskju ta' 1,5 m'għandux japplika.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|