+Artikolu 125 Skoperturi ggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà residenzjali
---+Artikolu 125 1.
---+Artikolu 125 2.
---+Artikolu 125 3.
|
Artikolu 125 Skoperturi ggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà residenzjali
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 125 1.
|
Għal skopertura ggarantita permezz ta' proprjetà residenzjali kif imsemmi fl-Artikolu 124(2), il-punt (a)(i) jew (ii), il-parti tal-iskopertura sa 55 % tal-valur tal-proprjetà għandha tiġi assenjata piż tar-riskju ta' 20 %. Meta istituzzjoni jkollha rahan subordinat u jkun hemm irhna aktar prijoritarji li ma jkunux miżmuma minn dik l-istituzzjoni, sabiex tiġi ddeterminata l-parti tal-iskopertura tal-istituzzjoni li tkun eliġibbli għall-piż tar-riskju ta' 20 %, l-ammont ta' 55 % tal-valur tal-proprjetà għandu jitnaqqas bl-ammont tal-irhna aktar prijoritarji li ma jkunux miżmuma mill-istituzzjoni. Meta l-irhna li ma jkunux miżmuma mill-istituzzjoni jikklassifikaw pari passu mar-rahan miżmum mill-istituzzjoni, sabiex tiġi ddeterminata l-parti tal-iskopertura tal-istituzzjoni li tkun eliġibbli għall-piż tar-riskju ta' 20 %, l-ammont ta' 55 % tal-valur tal-proprjetà, imnaqqas bl-ammont ta' kwalunkwe irhna aktar prijoritarji li ma jkunux miżmuma mill-istituzzjoni għandu jitnaqqas bil-prodott ta':
(a)
55 % tal-valur tal-proprjetà, imnaqqas bl-ammont ta' rahan aktar prijoritarju, jekk ikun hemm, it-tnejn miżmuma mill-istituzzjoni u miżmuma minn istituzzjonijiet oħra; u
(b)
l-ammont ta' irhna li ma jkunux miżmuma mill-istituzzjoni li jikklassifikaw pari passu mar-rahan miżmum mill-istituzzjoni diviż bis-somma tal-irhna pari passu kollha.
Meta, f'konformità mal-Artikolu 124(9), l-awtorità kompetenti jew l-awtorità maħtura tkun stabbiliet piż tar-riskju ogħla jew perċentwal aktar baxx tal-valur tal-proprjetà minn dawk imsemmija f'dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-piż tar-riskju jew il-perċentwal stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 124(9). Il-parti li jifdal tal-iskopertura msemmija fl-ewwel subparagrafu, jekk ikun hemm, għandha tiġi ponderata għar-riskju bħala skopertura għall-kontroparti li ma tkunx iggarantita permezz ta' proprjetà residenzjali.
|
|
Artikolu 125 2.
|
Skopertura kif imsemmija fl-Artikolu 124(2), il-punt (a)(iii), għandha tiġi assenjata l-piż tar-riskju stabbilit f'konformità mal-bucket rispettiv tal-piż tar-riskju tal-iskopertura għall-valur fit-Tabella 1. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, meta, f'konformità mal-Artikolu 124(9), l-awtorità kompetenti jew l-awtorità maħtura tkun stabbiliet piż tar-riskju ogħla jew perċentwal aktar baxx tal-iskopertura għall-valur minn dawk imsemmija f'dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-piż tar-riskju jew il-perċentwal stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 124(9).
Tabella 1
|
ETV
|
ETV ≤ 50 %
|
50 % < ETV ≤ 60 %
|
60 % < ETV ≤ 80 %
|
80 % < ETV ≤ 90 %
|
90 % < ETV ≤100 %
|
ETV > 100 %
|
|
Piż tar-riskju
|
30 %
|
35 %
|
45 %
|
60 %
|
75 %
|
105 %
|
Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw it-trattament imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għal skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali li tinsab fit-territorju ta' Stat Membru, meta l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru tkun ippubblikat, f'konformità mal-Artikolu 430a(3), ir-rati ta' telf għal tali skoperturi li, abbażi tad-data aggregata rrapportata mill-istituzzjonijiet f'dak l-Istat Membru għal dak is-suq nazzjonali tal-proprjetà immobbli, ma jaqbżu l-ebda wieħed mil-limiti li ġejjin għat-telf aggregat għal tali skoperturi li kienu eżistenti fis-sena preċedenti:
(a)
l-ammont aggregat irrapportat mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (a), diviż bl-ammont aggregat irrapportat mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (c), ma jaqbiżx 0,3 %;
(b)
l-ammont aggregat irrapportat mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (b), diviż bl-ammont aggregat irrapportat mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (c), ma jaqbiżx 0,5 %.
|
|
Artikolu 125 3.
|
L-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw ukoll id-deroga msemmija fil-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu, ta' dan l-Artikolu f'każijiet fejn l-awtorità kompetenti ta' pajjiż terz li japplika arranġamenti superviżorji u regolatorji mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni kif iddeterminat f'deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata f'konformità mal-Artikolu 107(4), tippubblika r-rati ta' telf korrispondenti għal skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali li tinsab fit-territorju ta' dak il-pajjiż terz. Meta awtorità kompetenti ta' pajjiż terz ma tippubblikax ir-rati ta' telf korrispondenti għal skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali li tinsab fit-territorju ta' dak il-pajjiż terz, l-EBA tista' tippubblika tali informazzjoni għal dak il-pajjiż terz, dment li tkun disponibbli data statistika valida li tkun statistikament rappreżentattiva tas-suq korrispondenti tal-proprjetà residenzjali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|