+Artikolu 126 Skoperturi ggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà immobbli kummerċjali
---+Artikolu 126 1.
---+Artikolu 126 2.
---+Artikolu 126 3.
---+Artikolu 126 4.

Artikolu 126 Skoperturi ggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà immobbli kummerċjali

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 126 1.
Għal skopertura ggarantita permezz ta' proprjetà immobbli kummerċjali kif imsemmi fl-Artikolu 124(2), il-punt (b)(i) il-parti tal-iskopertura sa 55 % tal-valur tal-proprjetà għandha tiġi assenjata piż tar-riskju ta' 60 %.

Meta istituzzjoni jkollha rahan subordinat u jkun hemm irhna aktar prijoritarji li ma jkunux miżmuma minn dik l-istituzzjoni, sabiex tiġi ddeterminata l-parti tal-iskopertura tal-istituzzjoni li tkun eliġibbli għall-piż tar-riskju ta' 60 %, l-ammont ta' 55 % tal-valur tal-proprjetà għandu jitnaqqas bl-ammont tal-irhna aktar prijoritarji li ma jkunux miżmuma mill-istituzzjoni.

Meta l-irhna li ma jkunux miżmuma mill-istituzzjoni jikklassifikaw pari passu mar-rahan miżmum mill-istituzzjoni, sabiex tiġi ddeterminata l-parti tal-iskopertura tal-istituzzjoni li tkun eliġibbli għall-piż tar-riskju ta' 60 %, l-ammont ta' 55 % tal-valur tal-proprjetà, imnaqqas bl-ammont ta' kwalunkwe irhna aktar prijoritarji li ma jkunux miżmuma mill-istituzzjoni għandu jitnaqqas bil-prodott ta':

(a) 

55 % tal-valur tal-proprjetà, imnaqqas bl-ammont ta' rahan aktar prijoritarju, jekk ikun hemm, it-tnejn miżmuma mill-istituzzjoni u miżmuma minn istituzzjonijiet oħra; u

(b) 

l-ammont ta' irhna li ma jkunux miżmuma mill-istituzzjoni li jikklassifikaw pari passu mar-rahan miżmum mill-istituzzjoni diviż bis-somma tal-irhna pari passu kollha.

Meta, f'konformità mal-Artikolu 124(9), l-awtorità kompetenti jew l-awtorità maħtura tkun stabbiliet piż tar-riskju ogħla jew perċentwal aktar baxx tal-valur tal-proprjetà minn dawk imsemmija f'dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-piż tar-riskju u l-perċentwal stabbilit f'konformità mal-Artikolu 124(9).

Il-parti li jifdal tal-iskopertura msemmija fl-ewwel subparagrafu, jekk ikun hemm, għandha tiġi ponderata għar-riskju bħala skopertura għall-kontroparti li ma tkunx iggarantita permezz tal-proprjetà immobbli kummerċjali.

Artikolu 126 2.
Skopertura kif imsemmija fl-Artikolu 124(2), il-punt (b)(ii), għandha tiġi assenjata l-piż tar-riskju stabbilit f'konformità mal-bucket tal-piż tar-riskju tal-iskopertura għall-valur rispettiv fit-Tabella 1.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, meta, f'konformità mal-Artikolu 124(9), l-awtorità kompetenti jew l-awtorità maħtura tkun stabbiliet piż tar-riskju ogħla jew perċentwal aktar baxx tal-iskopertura għall-valur minn dawk imsemmija f'dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-piż tar-riskju jew il-perċentwal stabbilit f'konformità mal-Artikolu 124(9).


Tabella 1

 

ETV ≤ 60 %

60 % < ETV ≤ 80 %

ETV > 80 %

Piż tar-riskju

70 %

90 %

110 %

Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw it-trattament imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għal skoperturi ggarantiti bi proprjetà immobbli kummerċjali li tkun tinsab fit-territorju ta' Stat Membru, meta l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru tkun ippubblikat, f'konformità mal-Artikolu 430a(3), ir-rati ta' telf għal tali skoperturi li, abbażi tad-data aggregata rrapportata mill-istituzzjonijiet f'dak l-Istat Membru għal dak is-suq nazzjonali tal-proprjetà immobbli, ma jaqbżu l-ebda wieħed mil-limiti li ġejjin għat-telf aggregat għal tali skoperturi li kienu eżistenti fis-sena preċedenti:

(a) 

l-ammont aggregat irrapportat mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (d), diviż bl-ammont aggregat irrapportat mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (f), ma jaqbiżx iż -0,3 %;

(b) 

l-ammont aggregat irrapportat mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (e), diviż bl-ammont aggregat irrapportat mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (f), ma jaqbiżx iż -0,5 %.

Artikolu 126 3.
L-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw id-deroga msemmija fil-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu anke f'każijiet fejn l-awtorità kompetenti ta' pajjiż terz li japplika arranġamenti superviżorji u regolatorji mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni kif iddeterminat f'deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata f'konformità mal-Artikolu 107(4), tippubblika r-rati ta' telf korrispondenti għal skoperturi ggarantiti minn proprjetà immobbli kummerċjali li tinsab fit-territorju ta' dak il-pajjiż terz.

Meta awtorità kompetenti ta' pajjiż terz ma tippubblikax ir-rati ta' telf korrispondenti għal skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà immobbli kummerċjali li tinsab fit-territorju ta' dak il-pajjiż terz, l-EBA tista' tippubblika tali informazzjoni għal pajjiż terz, dment li jkunu disponibbli data statistika valida, li huma statistikament rappreżentattivi tas-suq korrispondenti tal-proprjetà immobbli kummerċjali.

Artikolu 126 4.
L-EBA għandha tivvaluta l-adegwatezza tal-aġġustament tat-trattament ta' skoperturi ggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà immobbli kummerċjali, inkluż skoperturi IPRE u mhux IPRE, filwaqt li tqis l-adegwatezza tal-piżijiet tar-riskju u d-differenzi relattivi fir-riskju ta' skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali, id-differenzi fis-sensittività għar-riskju tal-iskoperturi IPRE ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali msemmija fl-Artikolu 125(2), it-Tabella 1, u l-iskoperturi IPRE ggarantiti permezz ta' proprjetà immobbli kummerċjali msemmija fit-Tabella 1 f'dan l-Artikolu u r-rakkomandazzjonijiet tal-BERS dwar il-vulnerabbiltajiet fis-settur tal-proprjetà immobbli kummerċjali fl-Unjoni. L-EBA għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2027.

Abbażi tar-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu u filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-istandards relatati miftiehma internazzjonalment żviluppati mill-BCBS, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva sal-31 ta' Diċembru 2028.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.