+Artikolu 127 L-iskoperturi fi stat ta’ inadempjenza
---+Artikolu 127 1.
---+Artikolu 127 2.
---+Artikolu 127 3.
|
Artikolu 127 L-iskoperturi fi stat ta’ inadempjenza
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 127 1.
|
Il-parti mhux garantita ta' kwalunkwe element fejn id-debitur ikun sar inadempjenti f'konformità mal-Artikolu 178, jew fil-każ ta' skoperturi fil-livell tal-konsumatur, il-parti mhux iggarantita ta' kwalunkwe faċilità ta' kreditu li saret inadempjenti f'konformità mal-Artikolu 178 għandha tiġi assenjata piż tar-riskju ta':
(a)
150 %, fejn it-total tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu u tal-ammonti mnaqqsa f'konformità mal-punt (m) tal-Artikolu 36(1) ikun anqas minn 20 % tal-parti mhux garantita tal-valur tal-iskopertura li kieku ma jiġux applikati dawk l-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu u t-tnaqqis;
(b)
100 %, fejn it-total tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu u tal-ammonti mnaqqsin f'konformità mal-punt (m) tal-Artikolu 36(1) ma jkunx anqas minn 20 % tal-parti mhux garantita tal-valur tal-iskopertura li kieku ma jiġux applikati dawk l-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu u t-tnaqqis.
Għall-fini tal-kalkolu tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu msemmija fl-ewwel subparagrafu għal skopertura li tkun mixtrija meta diġà tkun f'inadempjenza, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu fil-kalkolu kwalunkwe differenza pożittiva bejn l-ammont dovut mid-debitur fuq dik l-iskopertura u s-somma tat-tnaqqis ta' fondi proprji addizzjonali jekk dik l-iskopertura kienet tħassret kompletament u kwalunkwe tnaqqis ta' fondi proprji diġà eżistenti relatat ma' dik l-iskopertura.
|
|
Artikolu 127 2.
|
Għall-fini tad-determinazzjoni tal-parti ggarantita ta' skopertura inadempjenti, il-kollateral u l-garanziji għandhom ikunu eliġibbli għall-finijiet ta' mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu f'konformità mal-Kapitolu 4.
|
|
Artikolu 127 3.
|
Il-valur tal-iskopertura li jifdal wara l-aġġustamenti tar-riskju ta' kreditu speċifiċi ta' skoperturi mhux IPRE ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali f'konformità mal-Artikoli 125 u 126, rispettivament, għandu jiġi assenjat piż tar-riskju ta' 100 % jekk tkun seħħet inadempjenza f'konformità mal-Artikolu 178.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|