+Artikolu 134 Elementi oħrajn
---+Artikolu 134 1.
---+Artikolu 134 2.
---+Artikolu 134 3.
---+Artikolu 134 4.
---+Artikolu 134 5.
---+Artikolu 134 6.
---+Artikolu 134 7.

Artikolu 134 Elementi oħrajn

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 134 1.
Assi tanġibbli skont it-tifsira tal-punt 10 taħt l-intestatura “Assi” fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 86/635/KEE għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 100 %.
Artikolu 134 2.
Pagamenti minn qabel u introjtu dovut li istituzzjoni ma tkunx kapaċi tiddetermina l-kontroparti tagħhom skont id-Direttiva 86/635/KEE, għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 100 %.
Artikolu 134 3.
Elementi fi flus kontanti li qegħdin fil-proċess li jinġabru għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 20 %. Flus kontanti li huma proprjetà ta' u miżmuma mill-istituzzjoni, jew fi tranżitu, u elementi fi flus kontanti ekwivalenti għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 0 %.
Artikolu 134 4.
Ingotti tad-deheb miżmuma fl-imħażen tas-sigurtà proprji jew fuq bażi allokata sal-limitu sostnut mill-obbligazzjonijiet tal-ingotti tad-deheb għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 0 %.
Artikolu 134 5.
Fil-każ ta’ bejgħ ta’ assi u ta’ ftehimiet ta’ xiri mill-ġdid u ta’ xiri forward dirett, il-piż tar-riskju għandu jkun dak assenjat lill-assi inkwistjoni u mhux lill-kontropartijiet tat-transazzjonijiet.
Artikolu 134 6.
Fejn istituzzjoni tipprovdi protezzjoni tal-kreditu għal għadd ta’ skoperturi soġġett għall-kondizzjoni li l-inadempjenza numru n (nth default) fost l-iskoperturi għandha tiskatta pagament u li dan l-avveniment ta’ kreditu għandu jtemm il-kuntratt, il-piżijiet tar-riskju tal-iskoperturi inklużi fil-basket jiġu aggregati, esklużi l-iskoperturi n-1, sa massimu ta’ 1 250  % u mmultiplikati bl-ammont nominali tal-protezzjoni pprovdut mid-derivattiv ta’ kreditu sabiex jinkiseb l-ammont ta’ skopertura ponderata għar-riskju. L-iskoperturi n-1 li jiġu esklużi mill-aggregat għandhom jiġu determinati abbażi li dawn għandhom jinkludu dawk l-iskoperturi li kull waħda minnhom tipproduċi ammont inqas ta’ skoperturi ponderati għar-riskju mill-ammont ta’ skoperturi ponderati għar-riskju ta’ kwalunkwe waħda mill-iskoperturi inkluża fl-aggregat.
Artikolu 134 7.
Il-valur tal-iskopertura għal kirjiet għandu jkun il-pagamenti tal-kirja minimi skontati. Pagamenti minimi tal-kiri huma l-pagamenti matul it-terminu tal-kiri li l-kerrej jagħmel jew jista’ jintalab jagħmel u kwalunkwe għażla bi prezz innegozjat li l-eżerċizzju tagħha jkun reġonevolment ċert. Kull parti li ma tkunx sid il-kera tista’ tintalab tagħmel pagament relatat mal-valur residwu ta’ proprjetà mikrija u li l-obbligu ta’ pagament jissodisfa s-sett ta’ kondizzjonijiet fl-Artikolu 201 fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-fornituri tal-protezzjoni kif ukoll ir-rekwiżiti għar-rikonoxximent tat-tipi oħra ta’ garanziji previsti fl-Artikoli 213 sa 215, dak l-obbligu ta’ pagament jista’ jitqies bħala protezzjoni mhux finanzjata tal-kreditu skont il-Kapitolu 4. Dawn l-iskoperturi għandhom jiġu assenjati għall-klassi rilevanti ta’ skopertura skont l-Artikolu 112. Meta l-iskopertura tkun valur residwu ta’ assi mikrija, l-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għandhom jiġu kkalkulati kif ġej: 1/t * 100 % * valur residwu, fejn t huwa l-akbar wieħed ta’ 1 u l-eqreb numru ta’ snin sħaħ li fadal tal-kirja.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.