+Artikolu 136 2.

Artikolu 136 2.

Meta jkunu qegħdin jiddeterminaw l-assoċjazzjonijiet tal-valutazzjonijiet tal-kreditu, l-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

sabiex tiddifferenzja bejn il-gradi relattivi ta’ riskju espressi minn kull valutazzjoni tal-kreditu l-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom jikkunsidraw fatturi kwantitattivi bħar-rata ta’ inadempjenza ta’ terminu twil assoċjata mal-elementi kollha li jkunu assenjati l-istess valutazzjoni tal-kreditu. Fil-każ ta’ ECAI stabbiliti reċentement u għal dawk li għandhom biss rekord qasir ta’ data ta’ inadempjenzi, kreditu l-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom jitolbu lill-ECAI x’taħseb li tkun r-rata ta’ inadempjenza ta’ terminu twil assoċjata mal-elementi kollha assenjati l-istess valutazzjoni tal-kreditu;

(b) 

sabiex tiddifferenzja bejn il-gradi relattivi ta’ riskju espressi minn kull valutazzjoni tal-kreditu, l-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom jikkunsidraw l-fatturi kwalitattivi bħall-aggregazzjoni ta’ emittenti li l-ECAI tkopri, il-firxa ta’ valutazzjonijiet tal-kreditu li l-ECAI tassenja, kull tifsira ta’ valutazzjoni tal-kreditu u d-definizzjoni ta’ inadempjenza għall-ECAI;

(c) 

l-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom iqabblu r-rati ta’ inadempjenza esperjenzati għal kull valutazzjoni tal-kreditu ta’ ECAI partikolari u jqabbilhom ma’ punt ta’ riferiment mibni abbażi tar-rati ta’ inadempjenza esperjenzati minn ECAIs oħrajn fuq popolazzjoni ta’ emittenti li jippreżentaw livell ekwivalenti tar-riskju ta’ kreditu;

(d) 

fejn ir-rati ta’ inadempjenza esperjenzati għall-valutazzjoni tal-kreditu ta’ ECAI partikolari jkunu materjalment u sistematikament ogħla mill-punt ta’ riferiment, l-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom jassenjaw skala ogħla tal-kwalità kreditizja fuq l-iskala ta’ valutazzjoni tal-kwalità kreditizja għall-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI;

(e) 

fejn l-ABE, l-AEAPX u l-AETS ikunu żiedu l-piż assoċjat tar-riskju għal valutazzjoni speċifika tal-kreditu ta’ ECAI partikolari, u meta r-rati ta’ inadempjenza esperjenzati għall-valutazzjoni tal-kreditu ta’ dik l-ECAI ma jkunux għadhom materjalment u sistematikament ogħla mill-punt ta’ riferiment, l-ABE, l-AEAPX u l-AETS jistgħu jmorru lura għall-iskala oriġinali tal-kwalità kreditizja fl-iskala tal-valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu għall-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.