+Artikolu 138 Rekwiżiti ġenerali

Artikolu 138 Rekwiżiti ġenerali

Artikolu 138

Rekwiżiti ġenerali

Istituzzjoni tista’ tinnomina ECAI waħda jew aktar biex jintużaw biex jiġu determinati l-piżijiet tar-riskju li jridu jiġu assenjati għall-assi u elementi li ma jidhrux. Istituzzjoni tista’ tirrevoka n-nomina ta’ ECAI. L-istituzzjoni għandha tissostanzja r-revoka jekk jeżistu indikazzjonijiet konkreti li l-intenzjoni li hija l-bażi tar-revoka tkun biex jitnaqqsu r-rekwiżiti tal-adegwatezza kapitali. Il-valutazzjonijiet tal-kreditu ma għandhomx jintużaw b’mod selettiv. Istituzzjoni għandha tuża valutazzjonijiet ta’ kreditu solleċitati. Madankollu, hija tista’ tuża valutazzjonijiet ta’ kreditu mhux solleċitati jekk l-ABE tkun ikkonfermat li valutazzjonijiet ta’ kreditu mhux solleċitati ta’ ECAI ma tkunx differenti fil-kwalità minn valutazzjonijiet ta’ kreditu solleċitati ta’ din l-ECAI. L-ABE għandha tirrifjuta jew tirrevoka din il-konferma b’mod partikolari meta l-ECAI tkun użat valutazzjoni ta’ kreditu mhux solleċitata sabiex issir pressjoni fuq l-entità ggradata sabiex tordna valutazzjoni tal-kreditu jew servizzi oħra. Meta jużaw il-valutazzjoni tal-kreditu, l-istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

istituzzjoni li tiddeċiedi li tuża l-valutazzjonijiet tal-kreditu prodotti minn ECAI għal ċerta klassi ta’ elementi għandha tuża dawk il-valutazzjonijiet tal-kreditu konsistentement għall-iskoperturi kollha ta’ dik il-klassi;

(b) 

istituzzjoni li tiddeċiedi li tuża l-valutazzjonijiet tal-kreditu prodotti minn ECAI għandha tużahom b’mod kontinwu u konsistenti tul iż-żmien;

(c) 

istituzzjoni għandha tuża biss valutazzjonijiet tal-kreditu minn ECAI li jqisu l-ammonti kollha dovuti lilha kemm f’kapital kif ukoll f’imgħax;

(d) 

fejn għal element klassifikat tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu waħda biss minn ECAI nominata, għandha tintuża dik il-valutazzjoni tal-kreditu biex tiddetermina l-piż tar-riskju għal dik l-entrata;

(e) 

fejn ikunu disponibbli żewġ valutazzjonijiet tal-kreditu minn ECAI nominati u t-tnejn jikkorrispondu ma’ piżijiet differenti tar-riskju għal element klassifikat, għandu jiġi assenjat l-ogħla piż tar-riskju;

(f) 

fejn għal element klassifikat ikunu disponibbli aktar minn żewġ valutazzjonijiet tal-kreditu minn ECAI nominati, għandhom jintużaw iż-żewġ valutazzjonijiet li jiġġeneraw l-aktar żewġ piżijiet baxxi tar-riskju. Jekk l-iċken żewġ piżijiet tar-riskju jkunu differenti, għandu jiġi assenjat l-ogħla piż tar-riskju. Jekk l-iċken żewġ piżijiet ikunu l-istess, għandu jiġi assenjat dak il-piż tar-riskju;

▼M17

(g) 

għal skoperturi għal istituzzjonijiet, istituzzjoni ma għandhiex tuża valutazzjoni tal-kreditu ta' ECAI li tinkorpora suppożizzjonijiet ta' appoġġ impliċitu mill-gvern, sakemm il-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI rispettiva ma tkunx tirreferi għal istituzzjoni li tkun proprjetà ta' jew stabbilita u sponsorjata minn gvernijiet ċentrali, minn gvernijiet reġjonali jew minn awtoritajiet lokali.

Għall-finijiet tal-ewwel paragrafu, il-punt (g), fil-każ ta' istituzzjonijiet, għajr istituzzjonijiet li huma proprjetà ta' jew stabbiliti u sponsorjati minn gvernijiet ċentrali, minn gvernijiet reġjonali jew minn awtoritajiet lokali, li għalihom jeżistu biss valutazzjonijiet tal-kreditu ta' ECAI li jinkorporaw suppożizzjonijiet ta' appoġġ impliċitu mill-gvern, l-iskoperturi għal tali istituzzjonijiet għandhom jiġu trattati bħala skoperturi għal istituzzjonijiet mhux ikklassifikati f'konformità mal-Artikolu 121.

“Appoġġ impliċitu mill-gvern” tfisser li l-gvern ċentrali, il-gvern reġjonali jew l-awtorità lokali jaġixxu biex jipprevjenu lill-kredituri tal-istituzzjoni milli jġarrbu telf fil-każ ta' inadempjenza jew ta' diffikultà tal-istituzzjoni.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.