+Artikolu 139 Valutazzjoni tal-kreditu tal-emittent u tal-emissjoni
---+Artikolu 139 1.
---+Artikolu 139 2.
---+Artikolu 139 3.
---+Artikolu 139 4.
|
Artikolu 139 Valutazzjoni tal-kreditu tal-emittent u tal-emissjoni
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 139 1.
|
Fejn teżisti valutazzjoni tal-kreditu għal programm jew faċilità emittenti speċifika li għalih jappartjeni l-element li jikkostitwixxi l-iskopertura, għandha tintuża din il-valutazzjoni tal-kreditu biex jiġi ddeterminat il-piż tar-riskju li għandu jiġi assenjat għal dik l-entrata.
|
|
Artikolu 139 2.
|
Fejn ma teżistix valutazzjoni tal-kreditu direttament applikabbli għal ċertu element, iżda teżisti valutazzjoni tal-kreditu għal programm jew faċilità emittenti speċifika li l-entrata li tikkostitwixxi l-iskopertura ma tappartjenix għalih jew teżisti valutazzjoni ġenerali tal-kreditu għall-emittent, allura dik il-valutazzjoni tal-kreditu għandha tintuża f’waħda mill-każijiet li ġejjin:
▼M17
(a)
il-valutazzjoni tal-kreditu tipproduċi piż tar-riskju ogħla milli jkun il-każ jekk l-iskopertura tiġi ttrattata bħala mhux ikklassifikata u l-iskopertura kkonċernata:
(i)
ma tkunx skopertura fuq self speċjalizzat;
(ii)
tikklassifika pari passu jew subordinata fl-aspetti kollha għall-programm jew għall-faċilità tal-ħruġ speċifika jew għal skoperturi prijoritarji mhux iggarantiti ta' dak l-emittent, kif ikun rilevanti;
(b)
il-valutazzjoni tal-kreditu tipproduċi piż tar-riskju aktar baxx milli jkun il-każ jekk l-iskopertura tiġi ttrattata bħala mhux ikklassifikata u l-iskopertura kkonċernata:
(i)
ma tkunx skopertura fuq self speċjalizzat;
(ii)
tikklassifika pari passu jew prijoritarja fl-aspetti kollha għall-programm jew għall-faċilità tal-ħruġ speċifika jew għal skoperturi prijoritarji mhux iggarantiti ta' dak l-emittent, kif ikun rilevanti.
▼B
Fil-każijiet l-oħra kollha, l-iskopertura għandha tiġi trattata bħala mhux klassifikata.
|
|
Artikolu 139 3.
|
Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx jimpedixxu l-applikazzjoni tal-Artikolu 129.
|
|
Artikolu 139 4.
|
Il-valutazzjonijiet tal-kreditu għal emittenti fi grupp korporattiv ma jistgħux jintużaw bħala valutazzjoni tal-kreditu ta’ emittent ieħor fl-istess grupp korporattiv.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|