+Artikolu 142 Definizzjonijiet
---+Artikolu 142 1.
---+Artikolu 142 2.

Artikolu 142 Definizzjonijiet

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 142 1.

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“sistema ta’ klassifikazzjoni” tfisser il-metodi, il-proċessi, il-kontrolli, il-ġbir ta’ data u s-sistemi informatiċi kollha li jappoġġaw il-valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu, l-assenjazzjoni tal-iskoperturi għall-gradi jew għall-aggregazzjonijiet ta’ klassifikazzjoni, u l-kwantifikazzjoni tal-istimi tal-inadempjenza u tat-telf li ġiet żviluppata għal ċertu tip ta’ skoperturi;

▼M17

(1a) 

“klassi tal-iskoperturi” tfisser kwalunkwe waħda mill-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (a), il-punt (aa)(i) jew (ii), il-punt (b), il-punt (c)(i), (ii) jew (iii), il-punt (d)(i), (ii), (iii) jew (iv), il-punt (e), (ea), (f) jew (g);

(1b) 

“skopertura korporattiva” tfisser skopertura assenjata għal kwalunkwe waħda mill-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (c)(i), (ii) jew (iii);

(1c) 

“skopertura fil-livell tal-konsumatur” tfisser skopertura assenjata għal kwalunkwe waħda mill-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (d)(i), (ii), (iii) jew (iv);

(1d) 

“skopertura għall-gvernijiet reġjonali, l-awtoritajiet lokali u l-entitajiet tas-settur pubbliku” tfisser skopertura assenjata għal kwalunkwe waħda mill-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (aa)(i) jew (ii);

▼M17

(2) 

“tip ta' skoperturi” tfisser grupp ta' skoperturi mmaniġġati b'mod omoġenu, li jistgħu jkunu limitati għal entità waħda jew għal subsett wieħed ta' entitajiet fi grupp dment li l-istess tip ta' skoperturi jiġi mmaniġġat b'mod differenti f'entitajiet oħra tal-grupp;

▼B

(3) 

“unità operatorja” tfisser kull entità organizzazzjonali jew ġuridika, linji ta’ negozju, postijiet ġeografiċi separati;

▼M17

(4) 

“entità kbira regolata tas-settur finanzjarju” tfisser entità tas-settur finanzjarju li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-assi totali tal-entità, jew l-assi totali tal-kumpanija prinċipali tagħha meta l-entità jkollha kumpanija prinċipali, ikkalkulati fuq bażi individwali jew konsolidata, ikunu akbar minn jew ugwali għal EUR 70 biljun, bl-użu tal-aktar rapport finanzjarju awditjat jew rapport finanzjarju konsolidat reċenti sabiex jiġi ddeterminat id-daqs tal-assi;

(b) 

l-entità tkun soġġetta għal rekwiżiti prudenzjali, direttament fuq bażi individwali jew konsolidata, jew indirettament mill-konsolidazzjoni prudenzjali tal-impriża prinċipali tagħha, f'konformità ma' dan ir-Regolament, mar-Regolament (UE) 2019/2033, mad-Direttiva 2009/138/KE, jew ma' rekwiżiti prudenzjali legali ta' pajjiż terz li jkunu tal-inqas ekwivalenti għal dawk l-atti tal-Unjoni;

(5) 

“entità mhux regolata tas-settur finanzjarju” tfisser entità tas-settur finanzjarju li ma tissodisfax il-kundizzjoni stabbilita fil-punt (4)(b);

▼M17

(5a) 

“korporattiva kbira” tfisser kwalunkwe impriża korporattiva li jkollha bejgħ annwali konsolidat ta' aktar minn EUR 500 miljun jew li tappartjeni għal grupp li fih il-bejgħ annwali totali għall-grupp konsolidat ikun ta' aktar minn EUR 500 miljun;

▼B

(6) 

“grad tad-debitur” tfisser kategorija ta’ riskju fl-iskala ta’ klassifikazzjoni tad-debituri f’sistema ta’ klassifikazzjoni, li d-debitur jiġu assenjati fiha abbażi ta’ sett speċifikat u distint ta’ kriterji ta’ klassifikazzjoni, li minnha jiġu dderivati l-istimi tal-probabbiltà ta’ inadempjenza (PD);

(7) 

“grad tal-faċilità” tfisser kategorija ta’ riskju fi skala ta’ klassifikazzjoni tal-faċilità tas-sistema, li fiha l-iskoperturi jiġu assenjati abbażi ta’ sett ta’ kriterji speċifikati u distinti ta’ klassifikazzjoni li minnha jiġu dderivati l-istimi proprji ta’ LGD;

▼M5 —————

▼M17

(8a) 

“approċċ ta' aġġustament tal-immudellar tal-PD/LGD” tfisser aġġustament tal-LGD jew l-immudellar ta' aġġustament kemm tal-PD kif ukoll tal-LGD tal-iskopertura sottostanti;

(9) 

“minimu tal-RW tal-fornitur tal-protezzjoni” tfisser il-piż tar-riskju applikabbli għal skopertura komparabbli u diretta għall-fornitur tal-protezzjoni;

(10) 

għal skopertura li għaliha istituzzjoni tapplika l-Approċċ IRB billi tuża l-istimi proprji tagħha tal-LGD skont l-Artikolu 143, protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata “rikonoxxuta” tfisser protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata li l-effett tagħha fuq il-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju jew l-ammonti ta' telf mistenni tal-iskopertura sottostanti jitqies b'wieħed mill-metodi li ġejjin, f'konformità mal-Artikolu 108(3):

(a) 

approċċ ta' aġġustament tal-immudellar tal-PD/LGD;

(b) 

is-sostituzzjoni tal-approċċ tal-parametri tar-riskju skont l-A-IRB, kif iddefinit fl-Artikolu 192, il-punt (5);

(11) 

“SA-CCF” tfisser il-perċentwal applikabbli skont il-Kapitolu 2, f'konformità mal-Artikolu 111(2);

(12) 

“IRB-CCF” tfisser l-istimi proprji tal-fattur ta' konverżjoni tal-kreditu.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (5a), meta ssir il-valutazzjoni għal-limitu tal-bejgħ, l-ammonti għandhom jiġu kif irrapportati, kif inhuma, fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati tal-korporattivi jew, għal korporattivi li huma parti minn gruppi konsolidati, il-gruppi konsolidati tagħhom skont l-istandard kontabilistiku applikabbli għall-impriża prinċipali applikabbli tal-grupp konsolidat. Iċ-ċifri għandhom ikunu bbażati fuq l-ammonti medji kkalkulati matul it-tliet snin preċedenti, jew fuq l-aħħar ammonti aġġornati kull tliet snin mill-istituzzjoni.

Artikolu 142 2.
Għall-finijiet tal-punt 4(b) 4 tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, u soġġetta għall-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 464(2), deċiżjoni dwar jekk pajjiż terz japplikax arranġamenti superviżorji u regolatorji li tal-anqas ikunu ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni. Fin-nuqqas ta’ tali deċiżjoni, sal-1 ta’ Jannar 2015, l-istituzzjonijiet jistgħu jkomplu japplikaw it-trattament stabbilit f’dan il-paragrafu għal pajjiż terz meta l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kienu approvaw il-pajjiż terz bħala eliġibbli għal dan it-trattament qabel l-1 ta’ Jannar 2014.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.