+Artikolu 145 Esperjenza preċedenti fl-użu tal-Approċċi IRB
---+Artikolu 145 1.
---+Artikolu 145 2.
---+Artikolu 145 3.

Artikolu 145 Esperjenza preċedenti fl-użu tal-Approċċi IRB

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 145 1.
Istituzzjoni li tkun qiegħda tapplika biex tuża l-Approċċ IRB għandha tkun ilha tuża sistemi ta’ klassifikazzjoni, fir-rigward tal-klassijiet ta’ skopertura tal-IRB inkwistjoni, li kienu ġeneralment konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 6 għall-finijiet tal-kalkolu u għall-ġestjoni tar-riskji interni għal mill-inqas tliet snin qabel ma kkwalifikat biex tuża l-Approċċ IRB.
Artikolu 145 2.
Istituzzjoni li tkun qiegħda tapplika biex tuża l-istimi proprji tal-LGDs u tal-fatturi ta’ konverżjoni għandha turi għas-sodisfazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti li kienet qiegħda tagħmel stima u tuża l-istimi tagħha proprji tal-LGDs u tal-fatturi ta’ konverżjoni b’mod ġeneralment konsistenti mar-rekwiżiti għall-użu tal-istimi proprji ta’ dawk il-parametri stabbiliti fit-Taqsima 6 għal mill-inqas tliet snin qabel ma tikkwalifika biex tuża l-istimi proprji tal-LGDs u tal-fatturi ta’ konverżjoni.
Artikolu 145 3.
Meta istituzzjoni testendi l-użu tal-Approċċ IRB wara l-permess inizjali għalih, l-esperjenza tal-istituzzjoni għandha tkun suffiċjenti biex tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 1 u 2 fir-rigward tal-iskoperturi addizzjonali koperti. Jekk l-użu tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni jiġi estiż għal skoperturi li jkunu ferm differenti mill-ambitu tal-iskopetura eżistenti, tant li l-esperjenza eżistenti ma tistax tiġi raġonevolment issoponuta li tkun biżżejjed biex tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dawn id-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-iskoperturi addizzjonali, allura r-rekwiżiti tal-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw separatament għall-iskoperturi addizzjonali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.