+Artikolu 147 Metodoloġija biex skopertura tiġi assenjata fi klassijiet ta’ skoperturi
---+Artikolu 147 1.
---+Artikolu 147 2.
---+Artikolu 147 3.
---+Artikolu 147 3a.
---+Artikolu 147 4.
---+Artikolu 147 5.
---+Artikolu 147 5a.
---+Artikolu 147 6.
---+Artikolu 147 7.
---+Artikolu 147 8.
---+Artikolu 147 9.
---+Artikolu 147 10.
---+Artikolu 147 11.
---+Artikolu 147 12.

Artikolu 147 Metodoloġija biex skopertura tiġi assenjata fi klassijiet ta’ skoperturi

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 147 1.
Il-metodoloġija użata mill-istituzzjoni sabiex tassenja skoperturi fi klassijiet differenti ta’ skopertura għandha tkun adatta u konsistenti maż-żmien.
Artikolu 147 2.

Kull skopertura għandha tiġi assenjata għal waħda mill-klassijiet tal-iskoperturi li ġejjin:

(a) 

skoperturi għal gvernijiet ċentrali jew għal banek ċentrali;

(aa) 

skoperturi għal gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku li għandhom jiġu assenjati fil-klassijiet tal-iskoperturi li ġejjin:

(i) 

skoperturi għal gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali;

(ii) 

skoperturi għal entitajiet tas-settur pubbliku;

(b) 

skoperturi għal istituzzjonijiet;

(c) 

skoperturi għal korporattivi, li għandhom jiġu assenjati għall-klassijiet tal-iskoperturi li ġejjin:

(i) 

korporattivi ġenerali;

(ii) 

skoperturi fuq self speċjalizzat;

(iii) 

riċevibbli mixtrija korporattivi;

(d) 

skoperturi fil-livell tal-konsumatur, li għandhom jiġu assenjati għall-klassijiet tal-iskoperturi li ġejjin:

(i) 

skoperturi fil-livell tal-konsumatur rotanti kwalifikanti (“QRREs”);

(ii) 

skoperturi fil-livell tal-konsumatur iggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali;

(iii) 

riċevibbli mixtrijin fil-livell tal-konsumatur;

(iv) 

skoperturi oħra fil-livell tal-konsumatur;

(e) 

skoperturi ta' ekwità;

(ea) 

skoperturi fil-forma ta' unitajiet jew ta' ishma f'CIU;

(f) 

elementi li jirrappreżentaw pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni;

(g) 

assi oħrajn b'obbligi mhux ta' kreditu.

Artikolu 147 3.

L-iskoperturi li ġejjin għandhom jiġu assenjati lill-klassi stabbilita fil-punt (a) tal-paragrafu 2:

▼M17 —————

▼B

(b) 

skoperturi għal banek multilaterali tal-iżvilupp imsemmija fl-Artikolu 117(2);

(c) 

skoperturi għal Organizzazzjonijiet Internazzjonali li jattiraw piż tar-riskju ta’ 0 % skont l-Artikolu 118.

Artikolu 147 3a.
B'deroga mill-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-iskoperturi għal gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku għandhom jiġu assenjati għall-klassi tal-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a), ta' dan l-Artikolu meta dawk l-iskoperturi jiġu ttrattati bħala skoperturi għal gvernijiet ċentrali f'konformità mal-Artikolu 115 jew 116.
Artikolu 147 4.

L-iskoperturi li ġejjin għandhom jiġu assenjati fil-klassi stabbilita fil-punt (b) tal-paragrafu 2:

▼M17 —————

▼B

(c) 

skoperturi għal banek multilaterali tal-iżvilupp li ma jiġux assenjati piż tar-riskju ta’ 0 % skont l-Artikolu 117; u

(d) 

skoperturi għal istituzzjonijiet finanzjarji li jkunu ttrattati bħala skoperturi għall-istituzzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 119(5).

Artikolu 147 5.

Biex ikunu eliġibbli għall-klassi ta’ skopertura fil-livell tal-konsumatur stabbilita fil-punt (d) tal-paragrafu 2, l-iskoperturi għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

(a) 

għandhom ikunu jappartjenu għal waħda minn dawn li ġejjin:

(i) 

skoperturi għal persuna fiżika waħda jew aktar;

▼M17

(ii) 

skoperturi għal SME, dment li f'dak il-każ l-ammont totali dovut lill-istituzzjoni u lill-impriżi prinċipali u lis-sussidjarji tagħha, inkluż kwalunkwe skopertura f'inadempjenza, mill-klijent debitur jew mill-grupp debitur ta' klijenti konnessi, iżda esklużi skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali, sal-valur tal-proprjetà, sa fejn tkun taf l-istituzzjoni, li għandha tieħu passi raġonevoli sabiex tivverifika l-ammont ta' dik l-iskopertura, ma jaqbiżx il-EUR 1 miljun;

(iii) 

skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali, inkluż l-ewwel irhna u dawk sussegwenti, self b'terminu, linji ta' kreditu rotanti ta' ekwità ta' dar, u skoperturi kif imsemmi fl-Artikolu 108(4) u (5), irrispettivament mid-daqs tal-iskopertura, sakemm l-iskopertura ma tkunx waħda minn dawn li ġejjin:

(1) 

skopertura għal persuna fiżika;

(2) 

skopertura għal assoċjazzjonijiet jew għal kooperattivi ta' individwi rregolati skont il-liġi nazzjonali u li jeżistu bl-għan uniku li joffru lill-membri tagħhom l-użu ta' residenza primarja fil-proprjetà li tiggarantixxi s-self;

▼B

(b) 

ikunu ttrattati mill-istituzzjoni fil-ġestjoni tar-riskju tagħha b’mod konsistenti maż-żmien u b’mod simili;

▼M17

(c) 

mhumiex immaniġġati biss fuq bażi individwali bħala skoperturi fil-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (c)(i), (ii) jew (iii);

▼B

(d) 

kull waħda tirrappreżenta waħda minn għadd sinifikanti ta’ skoperturi mmaniġġjati b’mod simili.

Minbarra l-iskoperturi elenkati fl-ewwel subparagrafu, il-valur preżenti tal-pagamenti tal-kiri minimi fil-livell tal-konsumatur għandu jiġi inkluż fil-klassi ta’ skopertura fil-livell tal-konsumatur.

Skoperturi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a)(iii), il-punti (b), (c) u (d), ta' dan il-paragrafu għandhom jiġu assenjati għall-klassi tal-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (d)(ii).

B'deroga mit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeskludu mill-klassi tal-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (d)(ii), self lil persuni fiżiċi li jkunu ipotekaw aktar minn erba' proprjetajiet immobbli jew unitajiet ta' abitazzjoni, inkluż is-self lill-persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 108(4), u jassenjaw dak is-self lil waħda mill-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (c)(i), (ii) jew (iii).

Artikolu 147 5a.

Skoperturi fil-livell tal-konsumatur li jappartjenu għal tip ta' skoperturi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin għandhom jiġu assenjati għall-klassi tal-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (d)(i):

(a) 

l-iskoperturi ta' dak it-tip ta' skoperturi jkunu għal persuna fiżika waħda jew aktar;

(b) 

l-iskoperturi ta' dak it-tip ta' skoperturi jkunu rotanti, mhux iggarantiti, u sa fejn ma jkunux prelevati immedjatament u mingħajr kundizzjonijiet, kanċellabbli mill-istituzzjoni;

(c) 

l-iskopertura massima f'dak it-tip ta' skopertura għal persuna fiżika waħda tkun ta' EUR 100 000 jew inqas;

(d) 

dak it-tip ta' skoperturi jkun wera volatilità baxxa tar-rati ta' telf, meta mqabbel mal-livell medju tar-rati ta' telf tiegħu, speċjalment fil-meded baxxi ta' PD;

(e) 

it-trattament ta' skoperturi assenjati għal dak it-tip ta' skoperturi bħala skopertura fil-livell tal-konsumatur rotanti kwalifikanti huwa konsistenti mal-karatteristiċi tar-riskju sottostanti ta' dak it-tip ta' skoperturi.

Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ir-rekwiżit ta' nuqqas ta' garanzija ma għandux japplika fir-rigward ta' faċilitajiet ta' kreditu kollateralizzati marbutin ma' kont tal-paga. F'dak il-każ, l-ammonti rkuprati mill-kollateral ma għandhomx jitqiesu fl-istimi tal-LGD.

L-istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw fil-klassi tal-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (d)(i) l-iskoperturi ta' tranżatturi (“tranżatturi tal-QRRE”) u l-iskoperturi li mhumiex skoperturi ta' tranżatturi (“rotaturi tal-QRRE”). B'mod partikolari, QRREs b'inqas minn 12-il xahar ta' storja ta' ripagamenti għandhom jiġu identifikati bħala rotaturi tal-QRRE.

Artikolu 147 6.
Sakemm ma jkunux assenjati għall-klassi tal-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (ea) ta' dan l-Artikolu, l-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 133(1) għandhom jiġu assenjati għall-klassi tal-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (e) ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 147 7.
Kwalunkwe obbligazzjoni ta' kreditu mhux assenjat lill-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a), il-punt (aa)(i) u (ii), il-punt (b), il-punt (d)(i), (ii), (iii) jew (iv), il punt (e), (ea) jew (f), għandu jiġi assenjat għal waħda mill-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fil-punt (c)(i), (ii) jew (iii) ta' dak il-paragrafu.
Artikolu 147 8.

Fil-klassi ta’ skopertura korporattiva stabbilita fil-punt (c) tal-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw separatament bħala skoperturi speċjalizzati ta’ għoti ta’ self, skoperturi li jkollhom il-karatteristiċi li ġejjin:

(a) 

l-iskopertura tkun għal entità li nħolqot speċifikament biex tiffinanzja jew topera assi fiżiċi jew tkun skopertura ekonomikament komparabbli;

(b) 

l-arranġamenti kuntrattwali jagħtu lill-mutwanti grad sostanzjali ta’ kontroll fuq l-assi u l-introjtu li jiġġeneraw;

(c) 

is-sors primarju tar-ripagament tal-obbligu jkun l-introjtu ġġenerat mill-assi li qegħdin jiġu ffinanzjati, aktar milli l-kapaċità indipendenti ta’ impriża kummerċjali usa’.

Dawk l-iskoperturi għandhom jiġu assenjati għall-klassi tal-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (c)(ii), u għandhom jiġu kkategorizzati kif ġej: “finanzjament ta' proġetti” (PF), “finanzjament ta' oġġetti” (OF), “finanzjament ta' komoditajiet” (CF) u “proprjetà immobbli li tipproduċi introjtu” (IPRE).

Artikolu 147 9.
Il-valur residwu ta’ proprjetajiet mikrija għandu jiġi assenjat lill-klassi ta’ skopertura stabbilita fil-punt (g) tal-paragrafu 2, ħlief sal-limitu li l-valur residwu jkun diġà inkluż fl-iskopertura tal-kiri stabbilita fl-Artikolu 166(4).
Artikolu 147 10.
L-iskopertura minħabba l-provvediment ta’ protezzjoni taħt derivat ta’ basket ta’ kreditu tat-tip n-th to default għandha tiġi assenjata għall-istess klassi stabbilita fil-paragrafu 2 li għaliha jkunu assenjati l-iskoperturi fil-basket, ħlief jekk l-iskoperturi individwali fil-basket ikunu assenjati għal diversi klassijiet ta’ skopertura u f’dan il-każ l-iskopertura għandha tkun assenjata għall-klassi ta’ skopertura korporattiva stabbilita fil-punt (c) tal-paragrafu 2.
Artikolu 147 11.

L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:

(a) 

il-kategorizzazzjoni għal PF, OF u CF, b'mod konsistenti mad-definizzjonijiet tal-Kapitolu 2;

(b) 

id-determinazzjoni tal-kategorija IPRE, b'mod partikolari billi jiġi speċifikat liema skoperturi ADC u skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà immobbli jistgħu jew għandhom jiġu kkategorizzati bħala IPRE.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2026.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 147 12.
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar il-kundizzjonijiet u l-kriterji għall-assenjazzjoni ta' skoperturi għall-klassijiet imsemmija fil-paragrafu 2 u, fejn meħtieġ, biex tispeċifika aktar dawk il-klassijiet tal-iskoperturi.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2027.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.