+Artikolu 152 Trattament ta' skoperturi fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIUs
---+Artikolu 152 1.
---+Artikolu 152 2.
---+Artikolu 152 3.
---+Artikolu 152 4.
---+Artikolu 152 5.
---+Artikolu 152 6.
---+Artikolu 152 7.
---+Artikolu 152 8.
---+Artikolu 152 9.
|
Artikolu 152 Trattament ta' skoperturi fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIUs
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 152 1.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura ponderata għar-riskju għall-iskoperturi tagħhom fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU billi jimmultiplikaw l-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju tas-CIU, ikkalkulat skont l-approċċi stabbiliti fil-paragrafi 2 u 5, bil-perċentwal ta' unitajiet jew azzjonijiet miżmuma minn dawk l-istituzzjonijiet.
|
|
Artikolu 152 2.
|
Meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 132(3), l-istituzzjonijiet li għandhom biżżejjed informazzjoni dwar l-iskoperturi sottostanti individwali ta' CIU għandhom jirreferu għal dawk l-iskoperturi sottostanti biex jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju tas-CIU, filwaqt li jivvalutaw ir-riskju tal-iskoperturi sottostanti kollha tas-CIU bħallikieku kienu miżmuma direttament minn dawk l-istituzzjonijiet.
|
|
Artikolu 152 3.
|
►M17
B'deroga mill-Artikolu 92(4), il-punt (e), l-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju tas-CIU f'konformità mal-paragrafu 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu ta' skoperturi ta' derivattivi ta' dik is-CIU bħala ammont ugwali għal 50 % tar-rekwiżit ta' fondi proprji għal dawk l-iskoperturi ta' derivattivi kkalkulati f'konformità mal-Kapitolu 6, it-Taqsima 3, 4 jew 5, ta' dan it-Titolu, kif applikabbli. ◄
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, istituzzjoni tista' teskludi l-iskoperturi għal derivattiva ta' riskju li ma jkunux soġġetti għal dak ir-rekwiżit li kieku kienu mġarrba direttament mill-istituzzjoni, mill-kalkolu tar-rekwiżit ta' fondi proprji għall-aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu.
|
|
Artikolu 152 4.
|
L-istituzzjonijiet li japplikaw l-approċċ ta' trasparenza f'konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu u li ma jużawx il-metodi stabbiliti f'dan il-Kapitolu jew fil-Kapitolu 5, kif applikabbli, għall-iskoperturi sottostanti kollha jew għal partijiet minnhom tas-CIU għandhom jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistenni għal dawk l-iskoperturi sottostanti kollha jew għal dawk il partijiet minnhom f'konformità mal-prinċipji li ġejjin:
(a)
għall-iskoperturi sottostanti li jiġu assenjati għall-klassi tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (e), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-Approċċ Standardizzat stabbilit fil-Kapitolu 2;
(b)
għal skoperturi assenjati għall-elementi li jirrappreżentaw il-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (f), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-trattament stabbilit fl-Artikolu 254 bħallikieku dawk l-iskoperturi kienu miżmuma direttament minn dawk l-istituzzjonijiet;
(c)
għall-iskoperturi sottostanti l-oħra kollha, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-Approċċ Standardizzat stabbilit fil-Kapitolu 2.
|
|
Artikolu 152 5.
|
Meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 132(3), l-istituzzjonijiet li ma għandhomx biżżejjed informazzjoni dwar l-iskoperturi sottostanti individwali ta' CIU jistgħu jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju għal dawk l-iskoperturi skont l-approċċ ibbażat fuq il-mandat stabbilit fl-Artikolu 132a(2). Madankollu, għall-iskoperturi elenkati fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-approċċi stabbiliti fih.
|
|
Artikolu 152 6.
|
Soġġett għall-Artikolu 132b(2), l-istituzzjonijiet li ma japplikawx il-prinċipju taċ-ċar kristall skont il-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu jew l-approċċ ibbażat fuq il-mandat skont il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw l-approċċ ta' riżerva msemmi fl-Artikolu 132(2).
|
|
Artikolu 152 7.
|
L-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw l-iskopertura mwieżna għar-riskju għall-iskoperturi tagħhom fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU billi jużaw kombinament tal-approċċi msemmija f'dan l-Artikolu, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet għall-użu ta' dawk l-approċċi.
|
|
Artikolu 152 8.
|
L-istituzzjonijiet li ma għandhomx data jew informazzjoni xierqa biex jikkalkulaw l-ammont ponderat għar-riskju ta' CIU skont l-approċċi stabbiliti fil-paragrafi 2, 3, 4 u 5 jistgħu jibbażaw ruħhom fuq il-kalkoli ta' parti terza, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
il-parti terza hija waħda minn dawn li ġejjin:
(i)
id-depożitarju jew id-depożitarju finanzjarju tas-CIU, sakemm is-CIU tinvesti b'mod esklużiv f'titoli u tiddepożita t-titoli kollha f'dak depożitarju jew depożitarju finanzjarju;
(ii)
għal CIUs mhux koperti mill-punt (i) ta' dan il-punt, il-kumpannija maniġerjali tas-CIU, sakemm il-kumpannija maniġerjali tas-CIU tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 132(3);
(b)
għal skoperturi oħra minbarra dawk elenkati fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, il-parti terza twettaq il-kalkolu skont l-approċċ taċ-ċar kristall stabbilit fl-Artikolu 132a(1);
(c)
għal skoperturi elenkati fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 4, il-parti terza twettaq il-kalkolu skont l-approċċi stabbiliti fih;
(d)
awditur estern ikun ikkonferma l-korrettezza tal-kalkolu tal-parti terza.
L-istituzzjonijiet li jibbażaw ruħhom fuq il-kalkoli ta' parti terza għandhom jimmultiplikaw l-ammonti tal-iskopertura ponderata għar-riskju tal-iskoperturi ta' CIU li jirriżultaw minn dawk il-kalkoli b'fattur ta' 1,2. B'deroga mit-tieni subparagrafu, meta l-istituzzjoni jkollha aċċess mhux ristrett għall-kalkoli dettaljati mwettqa minn parti terza, il-fattur 1,2 ma għandux japplika. L-istituzzjoni għandha tipprovdi dawk il-kalkoli lill-awtorità kompetenti tagħha fuq talba.
|
|
Artikolu 152 9.
|
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikolu 132(5) u (6), u l-Artikolu 132b. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, għandu japplika l-Artikolu 132c, bl-użu tal-piżijiet tar-riskju kkalkulati skont il-Kapitolu 3 ta' dan it-Titolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|