+Artikolu 153 Ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal skoperturi għal gvernijiet ċentrali u għal banek ċentrali, skoperturi għal gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku, skoperturi għal istituzzjonijiet u skoperturi għal korporattivi
---+Artikolu 153 1.
---+Artikolu 153 2.
---+Artikolu 153 4.
---+Artikolu 153 5.
---+Artikolu 153 6.
---+Artikolu 153 7.
---+Artikolu 153 8.
---+Artikolu 153 9.
|
Artikolu 153 Ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal skoperturi għal gvernijiet ċentrali u għal banek ċentrali, skoperturi għal gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku, skoperturi għal istituzzjonijiet u skoperturi għal korporattivi
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 153 1.
|
►M17
Soġġett għall-applikazzjoni tat-trattamenti speċifiċi stabbiliti fil-paragrafi 2 u 4, l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal skoperturi għal gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, skoperturi għal gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku, skoperturi għal istituzzjonijiet u skoperturi għal korporattivi għandhom jiġu kkalkulati skont il-formuli li ġejjin: ◄
Fejn il-piż tar-riskju RW huwa definit bħala:
(ii)
jekk PD = 1, jiġifieri, għal skoperturi inadempjenti:
—
fejn l-istituzzjonijiet japplikaw il-valuri LGD stipulati fl-Artikolu 161(1), RW ikun 0:
▼C2
—
fejn l-istituzzjonijiet jużaw l-istimi tagħhom stess ta' LGDs, RW ikun
;
▼B
fejn l-aħjar stima ta’ telf mistenni (minn hawn ’il quddiem imsejħa “ELBE
”) għandha tkun l-aħjar stima ta’ telf mistenni tal-istituzzjoni għall-iskopertura inadempjenti f’konformità mal-Artikolu 181(1)(h);
▼M17
fejn:
|
N
|
= il-funzjoni ta' distribuzzjoni kumulattiva għal fattur varjabbli normali standard każwali, jiġifieri N(x) daqs il-probabbiltà li fattur varjabbli normali każwali b'medjan ta' 0 u b'varjanza ta' 1 ikun inqas minn jew daqs x;
|
|
G
|
= il-funzjoni ta' distribuzzjoni kumulattiva inversa għal fattur varjabbli normali standard każwali, jiġifieri jekk x = G(z), x hija l-valur b'tali mod li N(x) = z;
|
|
R
|
= il-koeffiċjent ta' korrelazzjoni, li huwa ddefinit bħala:
|
|
b
|
= il-fattur ta' aġġustament tal-maturità, li huwa ddefinit bħala:
b = 0,11852 – 0,05478 · lnPD2
;
|
|
M
|
= il-maturità, espressa fi snin u ddeterminata f'konformità mal-Artikolu 162.
|
|
|
Artikolu 153 2.
|
Għal skoperturi għal entitajiet kbar tas-settur finanzjarju rregolati u għal entitajiet mhux regolati tas-settur finanzjarju, il-koeffiċjent ta' korrelazzjoni R imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (iii), jew fil-paragrafu 4, kif applikabbli, għandu jiġi mmultiplikat b'1,25 meta jiġu kkalkulati l-piżijiet tar-riskju ta' dawk l-iskoperturi.
|
|
Artikolu 153 4.
|
Għall-iskoperturi għal kumpanniji fejn il-bejgħ totali annwali għall-grupp konsolidat li l-kumpannija hija parti minnu huwa inqas minn EUR 50 miljun, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-formula ta’ korrelazzjoni li ġejja f’paragrafu 1 (iii) għall-kalkolu tal-piżijiet tar-riskju għall-iskoperturi tal-impriżi. F’din il-formula S hija espressa bħala bejgħ totali annwali f’miljuni ta’ Euro fejn EUR 5 miljun < S < EUR 50 miljun. Bejgħ irrappurtat ta’ inqas minn EUR 5 miljun għandu jiġi ttrattat bħallikieku kien ekwivalenti għal EUR 5 miljun. Għal oġġetti riċevibbli mixtrija il-bejgħ totali annwali għandu jkun il-medja ppeżata mill-iskoperturi individwali tal-aggregazzjoni.
L-istituzzjonijiet għandhom jissostitwixxu l-assi totali tal-grupp konsolidat għall-bejgħ totali annwali fejn il-bejgħ totali annwali ma jkunx indikatur sinifikattiv tad-daqs tal-kumpannija u l-assi totali jkunu indikatur aktar sinifikattiv mill-bejgħ totali annwali.
|
|
Artikolu 153 5.
|
Għal skoperturi fuq self speċjalizzat li fir-rigward tagħhom istituzzjoni ma tkunx tista’ tagħmel stima tal-PDs jew l-istimi tal-istituzzjonijiet tal-PD ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 6, l-istituzzjoni għandha tassenja piżijiet tar-riskju lil dawn l-iskoperturi skont it-Tabella 1, kif ġej:
Tabella 1
|
Maturità li Jifdal
|
Kategorija 1
|
Kategorija 2
|
Kategorija 3
|
Kategorija 4
|
Kategorija 5
|
|
Inqas minn sentejn u nofs (2,5)
|
50 %
|
70 %
|
115 %
|
250 %
|
0 %
|
|
Ugwali għal sentejn u nofs (2,5) jew aktar
|
70 %
|
90 %
|
115 %
|
250 %
|
0 %
|
Huma u jassenjaw il-piżijiet tar-riskju lil skoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-fatturi li ġejjin: is-saħħa finanzjarja, l-ambjent politiku u ġuridiku, il-karatteristiċi tat-transazzjoni u/jew l-assi, is-saħħa tal-isponsor u l-iżviluppatur, inkluż kull fluss ta’ introjtu minn soċjetà pubblika-privata, u l-pakkett ta’ garanzija.
|
|
Artikolu 153 6.
|
Fil-każ tar-riċevibbli korporattivi mixtrija tagħhom, l-istituzzjonijiet għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 184. Għal riċevibbli korporattivi mixtrija li jkunu konformi wkoll mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 154(5), u fejn ikun ta’ piż bla bżonn għal istituzzjoni biex tuża l-istandards ta’ kwantifikazzjoni tar-riskji għal skoperturi korporattivi kif stabbilit fit-Taqsima 6 għal dawn ir-riċevibbli, jistgħu jintużaw l-istandards ta’ kwantifikazzjoni tar-riskji għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur kif stabbilit fit-Taqsima 6.
|
|
Artikolu 153 7.
|
Għar-riċevibbli korporattivi mixtrija, l-iskontijiet rimborżabbli fil-prezz tax-xiri, il-garanziji kollaterali jew parzjali li jipprovdu protezzjoni tal-ewwel telf għal telf minħabba inadempjenza, telf minħabba dilwizzjoni, jew it-tnejn li huma, jistgħu jiġu ttrattati bħala protezzjoni tal-ewwel telf mix-xerrej tar-riċevibbli jew mill-benefiċjarju tal-garanzija kollaterali jew tal-garanzija parzjali f’konformità mas-Subtaqsimiet 2 u 3 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 5. Il-bejjiegħ li jipprovdi l-iskont rimborżabbli fil-prezz tax-xiri u l-fornitur ta’ garanzija kollaterali jew parzjali għandhom jittrattawhom bħala skopertura għal pożizzjoni tal-ewwel telf f’konformità mas-Subtaqsimiet 2 u 3 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 5.
|
|
Artikolu 153 8.
|
Fejn istituzzjoni tipprovdi protezzjoni tal-kreditu għal għadd ta’ skoperturi soġġett għall-kondizzjoni li l-inadempjenza numru n (nth default) fost l-iskoperturi għandha tiskatta pagament u li dan l-avveniment ta’ kreditu għandu jtemm il-kuntratt, il-piżijiet tar-riskju tal-iskoperturi inklużi fil-basket ser jiġu aggregati, esklużi l-iskoperturi n-1, fejn is-somma tal-ammont tat-telf mistenni mmultiplikat bi 12,5 u l-ammont ta’ skoperturi ponderati għar-riskju ma għandux jaqbeż l-ammont nominali tal-protezzjoni pprovduta mid-derivattiv tal-kreditu mmultiplikat bi 12,5. L-iskoperturi n-1 li għandhom jiġu esklużi mill-aggregat għandhom jiġu determinati abbażi li dawn għandhom jinkludu dawk l-iskoperturi li kull waħda minnhom tipproduċi ammont inqas ta’ skoperturi ponderati għar-riskju mill-ammont ta’ skoperturi ponderati għar-riskju ta’ kwalunkwe waħda mill-iskoperturi inkluża fl-aggregat. Piż ta’ riskju ta’ 1 250 % għandu japplika għal pożizzjonijiet f’basket li għalihom istituzzjoni ma tistax tiddetermina l-piż tar-riskju skont l-Approċċ IRB.
|
|
Artikolu 153 9.
|
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika kif l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-fatturi msemmija fil-paragrafu 5, it-tieni subparagrafu, meta jassenjaw il-piżijiet tar-riskju għal skoperturi fuq self speċjalizzat. L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2026. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|