+Artikolu 162 Maturità
---+Artikolu 162 1.
---+Artikolu 162 2.
---+Artikolu 162 3.
---+Artikolu 162 4.
---+Artikolu 162 5.
---+Artikolu 162 6.

Artikolu 162 Maturità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 162 1.
Għal skoperturi li għalihom istituzzjoni ma tkunx irċeviet permess mill-awtorità kompetenti biex tuża l-istimi proprji tal-LGD, il-valur tal-maturità (M) għandu jiġi applikat b'mod konsistenti u, jew ikun stabbilit għal sentejn u nofs, ħlief għal skoperturi li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet li jiffinanzjaw it-titoli, li għalihom M għandu jkun ta' nofs sena, jew, inkella, jiġi kkalkulat f'konformità mal-paragrafu 2.
Artikolu 162 2.

►M17  Għal skoperturi li għalihom istituzzjoni tapplika l-istimi proprji tal-LGD, il-valur tal-maturità (M) għandu jiġi kkalkulat bl-użu ta' perjodi espressi fi snin, kif stabbilit f'dan il-paragrafu u soġġett għall-paragrafi 3, 4 u 5 ta' dan l-Artikolu. M m'għandux ikun akbar minn ħames snin, ħlief fil-każijiet speċifikati fl-Artikolu 384(2) fejn għandu jintuża M kif speċifikat hemmhekk. M għandu jiġi kkalkulat kif ġej f'kull wieħed mill-każijiet li ġejjin: ◄

(a) 

għal strument soġġett għal skeda ta’ fluss tal-flus, M għandha tiġi kkalkulata skont il-formula li ġejja:

image

fejn CFt tirrappreżenta l-flussi tal-flus (kapital, pagamenti ta’ mgħaxijiet u tariffi) pagabbli kuntrattwalment mid-debitur fil-perijodu t;

(b) 

għal derivati soġġetti għal ftehim ewlieni ta’ netting, M għandha tkun il-medja ppeżata tal-maturità li jifdal tal-iskopertura, fejn M għandha tkun tal-inqas sena (1), u l-ammont nozzjonali ta’ kull skopertura għandu jintuża għall-ippeżar tal-maturità;

(c) 

għall-iskoperturi li jirriżultaw minn strumenti ta’ derivati kollateralizzati kompletament jew kważi kompletament elenkati fl-Anness II, u transazzjonijiet ta’ self b’marġni kollateralizzati kompletament jew kważi li huma soġġetti għal ftehim ewlieni ta’ netting, M għandha tkun l-maturità medja ppeżata li jifdal tat-transazzjonijiet fejn M għandha tkun tal-inqas għaxart (10) ijiem;

(d) 

għal transazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid jew transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid ta’ self ta’ titoli jew prodotti li huma soġġetti għal ftehim ewlieni ta’ netting, M għandha tkun il-maturità medja ppeżata li jifdal tat-transazzjonijiet fejn M għandha tkun tal-inqas ħamest ijiem. L-ammont nozzjonali ta’ kull transazzjoni għandu jintuża għall-ippeżar tal-maturità;

▼M17

(da) 

għal tranżazzjonijiet ta' għoti ta' self garantit li huma soġġetti għal ftehim ewlieni ta' netting, M għandu jkun il-medja ponderata tal-maturità li jifdal tat-tranżazzjonijiet fejn M għandu jkun tal-inqas 20 jum; għall-ippeżar tal-maturità, għandu jintuża l-ammont nozzjonali ta' kull tranżazzjoni;

(db) 

għal ftehim ewlieni ta' netting li jinkludi aktar minn tip wieħed ta' tranżazzjoni li jikkorrispondu għall-punt (c), (d) jew (da) ta' dan il-paragrafu, M għandu jkun il-maturità medja ponderata li jifdal tat-tranżazzjonijiet fejn M għandha tkun tal-inqas l-itwal perjodu ta' holding, espress fi snin, applikabbli għal tali tranżazzjonijiet kif previst fl-Artikolu 224(2), jew 10 ijiem jew 20 jum, skont il-każijiet; għall-ippeżar tal-maturità, għandu jintuża l-ammont nozzjonali ta' kull tranżazzjoni;

▼B

(e) 

istituzzjoni li tkun irċeviet il-permess tal-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 143 sabiex tuża l-istimi proprji tal-PD għal riċevibbli korporattivi mixtrija, għal ammonti miġbuda, M għandha tkun daqs il-maturità medja ppeżata ta’ skoperturi tar-reċivibbli mixtrija, fejn M għandha tkun tal-inqas 90 ġurnata. Dan l-istess valur tal-M għandu jintuża wkoll għall-ammonti mhux miġbuda f’faċilità ta’ xiri impenjata jekk il-faċilità jkun fiha ftehimiet effettivi, skattaturi ta’ amortizzazzjoni antiċipata, jew karatterisiċi oħrajn li jipproteġu lill-istituzzjoni li tixtri kontra deterjorament sinifikanti fil-kwalità tar-riċevibbli futuri li hija meħtieġa tixtri fil-perijodu tal-faċilità. Fin-nuqqas ta’ tali protezzjonijiet effettivi, M għall-ammonti mhux miġbuda għandha tkun ikkalkulata bħala s-somma tar-riċevibbli bil-potenzjal tal-itwal data skont il-ftehim ta’ xiri u tal-maturità li jifdal tal-faċilità ta’ xiri, fejn M għandha tkun tal-inqas 90 ġurnata;

▼M17

(f) 

għal kwalunkwe strument għajr dawk imsemmija f'dan il-paragrafu jew meta istituzzjoni ma tkunx f'pożizzjoni li tikkalkula M kif stabbilit fil-punt (a), M għandu jkun iż-żmien massimu li jifdal, fi snin, permess lid-debitur biex iwettaq l-obbligi kuntrattwali tiegħu, inkluż il-kapital, l-imgħax u t-tariffi, fejn M għandu jkun tal-inqas sena;

▼B

(g) 

għall-istituzzjonijiet li jużaw il-Metodu tal-Mudell Intern stabbilit fit-Taqsima 6 tal-Kapitolu 6 sabiex jikkalkulaw il-valur tal-iskoperturi, M għandha tiġi kkalkulata għall-iskoperturi li għalihom l-istituzzjonijiet japplikaw dan il-metodu u li għalihom il-maturità tal-kuntratt bl-itwal data fis-sett ta’ netting tkun aktar minn sena skont il-formula li ġejja:

image

fejn:

image

=

varjabbli mhux reali (dummy variable) li l-valur tiegħu fil-perijodu futur tk huwa ekwivalenti għal 0 jekk tk > sena (1) u għal 1 jekk tk ≤ 1;

image

=

l-iskopertura mistennija fil-perijodu futur tk;

image

=

l-iskopertura effettiva mistennija fil-perijodu futur tk;

image

=

il-fattur ta’ skont mingħajr riskju għall-perijodu futur tk;

image

;
(h) 

istituzzjoni li tuża mudell intern sabiex tikkalkula l-aġġustament tal-valutazzjoni ta’ kreditu (CVA) unilaterali tista’ tuża, soġġett għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti, it-tul effettiv tal-kreditu stmat mill-mudell intern bħala M.

Soġġett għall-paragrafu 2, għandha tapplika l-formula fil-punt (a) għas-settijiet ta’ netting li fihom il-kuntratti kollha għandhom maturità oriġinali ta’ inqas minn sena (1);

▼M17

(i) 

għall-istituzzjonijiet li jużaw l-approċċi msemmija fl-Artikolu 382a(1), il-punt (a) jew (b), biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA tat-tranżazzjonijiet ma' kontroparti partikolari, M m'għandux ikun akbar minn 1 fil-formula stabbilita fl-Artikolu 153(1), il-punt (iii), għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għar-riskju ta' kontroparti għall-istess tranżazzjonijiet, kif imsemmi fl-Artikolu 92(4), il-punt (a) jew (g), kif applikabbli;

(j) 

għal skoperturi rotanti, M għandu jiġi ddeterminat bl-użu tad-data massima ta' terminazzjoni kuntrattwali tal-faċilità; l-istituzzjonijiet m'għandhomx jużaw id-data tar-ripagament tal-prelevament kurrenti jekk dik id-data ma tkunx id-data massima ta' terminazzjoni kuntrattwali tal-faċilità.

▼B

Artikolu 162 3.

►M17  Meta d-dokumentazzjoni tkun teħtieġ rimarġinazzjoni ta' kuljum u rivalwazzjoni ta' kuljum u tinkludi dispożizzjonijiet li jippermettu l-likwidazzjoni fil-pront jew it-tpaċija tal-kollateral fil-każ ta' inadempjenza jew ta' nuqqas ta' rimarġinazzjoni, M għandu jkun il-medja ponderata tal-maturità li jifdal tat-tranżazzjonijiet u M għandu jkun tal-inqas jum wieħed għal: ◄

(a) 

strumenti ta’ derivati kollateralizzati kompletament jew kważi li huma elenkati fl-Anness II;

(b) 

transazzjonijiet ta’ self b’marġni kollateralizzati kompletament jew kważi;

(c) 

transazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid, transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti.

Barra minn hekk, għal skoperturi għal żmien qasir li jikkwalifikaw li mhumiex parti minn iffinanzjar fis-seħħ tad-debitur mill-istituzzjoni, M għandha tkun tal-inqas ġurnata (1). Skoperturi għal żmien qasir li jikkwalifikaw għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

(a) 

skoperturi għal istituzzjonijiet jew ditti tal-investiment li jirriżultaw mis-saldu ta’ obbligi ta’ kambju;

(b) 

tranżazzjonijiet awtolikwidanti ta' finanzjament tal-kummerċ fuq terminu qasir u riċevibbli mixtrija korporattivi, dment li l-iskoperturi rispettivi jkollhom maturità residwa sa sena;

(c) 

skoperturi li jirriżultaw mis-saldu ta’ xiri u bejgħ ta’ titoli bi żmien ta’ konsenja tipiku jew ta’ jumejn ta’ xogħol;

(d) 

skoperturi li jirriżultaw minn saldu bi flus permezz ta’ trasferiment elettroniku u saldu ta’ transazzjonijiet elettroniċi ta’ pagament u spejjeż prepagati, inkluż self kurrenti li ġej minn transazzjonijiet li fallew li ma jaqbżux għadd miftiehem, qasir u fiss ta’ ġranet ta’ xogħol;

(e) 

ittri ta' kreditu kemm maħruġin kif ukoll ikkonfermati li huma għal terminu qasir, jiġifieri, għandhom maturità ta' inqas minn sena, u li huma awtolikwidanti.

Artikolu 162 4.
Għal skoperturi għal korporattivi stabbiliti fl-Unjoni li mhumiex korporattivi kbar, l-istituzzjonijiet jistgħu jagħżlu li jistabbilixxu M għat-tali skoperturi kollha kif stabbilit fil-paragrafu 1 minflok ma japplikaw il-paragrafu 2.
Artikolu 162 5.
Diskrepanzi fil-maturità għandhom jiġu ttrattati kif speċifikat fil-Kapitolu 4.
Artikolu 162 6.
Għall-fini tal-espressjoni fi snin tan-numri minimi ta' jiem imsemmija fil-paragrafu 2, il-punti (c) sa (db), u fil-paragrafu 3, in-numri minimi ta' jiem għandhom jiġu diviżi bi 365,25 .

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.