+Artikolu 166 Skoperturi għal korporattivi, istituzzjonijiet, gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku u skoperturi fil-livell tal-konsumatur
---+Artikolu 166 1.
---+Artikolu 166 2.
---+Artikolu 166 3.
---+Artikolu 166 4.
---+Artikolu 166 5.
---+Artikolu 166 6.
---+Artikolu 166 7.
---+Artikolu 166 8.
---+Artikolu 166 8a.
---+Artikolu 166 8b.
---+Artikolu 166 8c.
---+Artikolu 166 9.

Artikolu 166 Skoperturi għal korporattivi, istituzzjonijiet, gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku u skoperturi fil-livell tal-konsumatur

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 166 1.
Sakemm ma jkunx avżat mod ieħor, il-valur tal-iskoperturi li jidhru fuq il-karta tal-bilanċ għandu jkun il-valur kontabilistiku kkalkulat mingħajr ma jiġi kkunsidrat kwalunkew aġġustament li jkun sar fir-riskju ta’ kreditu.

Din ir-regola tapplika wkoll għal assi mixtrija bi prezz differenti mill-ammont dovut.

Għall-assi mixtrija, id-differenza bejn l-ammont dovut u l-valur kontabilistiku li jifdal wara li jkunu ġew applikati l-aġġustamenti tar-riskju ta’ kreditu speċifiku li jkun ġie rreġistrat fuq il-karta tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet meta nxtara l-assi hija denominata bħala skont jekk l-ammont dovut huwa akbar, u bħala primjum jekk huwa iżgħar.

Artikolu 166 2.
Fejn l-istituzzjonijiet jużaw ftehimiet Ewlenin ta’ netting fir-rigward ta’ transazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid jew transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti, il-valur tal-iskopertura għandu jiġi kkalkulat skont il-Kapitolu 4 jew 6.
Artikolu 166 3.
Sabiex jiġi kkalkulat il-valur tal-iskoperta għan-netting fuq il-karta tal-bilanċ ta’ self u depożiti, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-metodi stabbiliti fil-Kapitolu 4.
Artikolu 166 4.
Il-valur tal-iskopertura għal kirjiet għandu jkun il-pagamenti tal-kirja minimi skontati. Il-pagamenti minimi tal-kirja għandhom jinkludu l-pagamenti matul il-perijodu tal-kirja li l-kerrej jista’ jkun meħtieġ jagħmel u kwalunkwe alternattiva ta’ nnegozjar (jiġifieri, alternattiva li l-eżerċizzju tagħha huwa raġonevolment ċert). Jekk parti, għajr il-kerrej tista’ tkun meħtieġa tagħmel pagament relatat mal-valur reżidwu ta’ assi mikri u dan l-obbligu ta’ pagament jissodisfa s-sett ta’ kondizzjonijiet fl-Artikolu 201 dwar l-eliġibbiltà tal-fornituri tal-protezzjoni kif ukoll ir-rekwiżiti għar-rikonoxximent ta’ tipi oħra ta’ garanziji previsti fl-Artikolu 213, l-obbligu ta’ pagament jista’ jiġi kkunsidrat bħala l-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata skont il-Kapitolu 4.
Artikolu 166 5.
Fil-każ ta’ kwalunkwe kuntratt elenkat fl-Anness II, il-valur tal-iskopertura għandu jiġi ddeterminat mill-metodi stabbiliti fil-Kapitolu 6 u ma għandu jqis l-ebda aġġustament li jkun sar fir-riskju ta’ kreditu.
Artikolu 166 6.
Il-valur tal-iskopertura għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju ta’ riċevibbli mixtrija għandu jkun il-valur determinat skont il-paragrafu 1 imnaqqas mir-rekwiziti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ dilwizzjoni qabel il-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu.
Artikolu 166 7.
Fejn skopertura tieħu l-forma ta’ titoli jew prodotti mibjugħa, imdaħħla jew mislufa peremzz ta’ transazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid jew transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti, transazzjonijiet b’saldu fit-tul u transazzjonijiet ta’ self b’marġni, il-valur tal-iskopertura għandu jkun il-valur tat-titoli jew il-prodotti determinat skont l-Artikolu 24. Fejn jintuża l-Metodu Komprensiv ta’ Kollateral Finanzjarju kif stabbilit fl-Artikolu 223, il-valur tal-iskopertura għandu jiżdied bl-aġġustament tal-volatilità adatt għal tali titoli jew prodotti, kif stabbilit hemm. Il-valur tal-iskopertura ta’ transazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid, transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti, transazzjonijiet b’saldu fit-tul u transazzjonijiet ta’ self b’marġni jista’ jiġi ddeterminat jew skont il-Kapitolu 6 jew l-Artikolu 220(2).
Artikolu 166 8.
Il-valur tal-iskopertura ta' elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li mhumiex kuntratti kif elenkati fl-Anness II, għandu jiġi kkalkulat bl-użu jew tal-IRB-CCF jew tal-SA-CCFs, f'konformità mal-paragrafi 8a u 8b ta' dan l-Artikolu u mal-Artikolu 151(8).

Meta l-bilanċi miġbuda biss ta' faċilitajiet rotanti jkunu ġew titolizzati, l-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li jkomplu jżommu l-ammont meħtieġ ta' fondi proprji kontra l-bilanċi mhux miġbuda assoċjati mat-titolizzazzjoni.

Istituzzjoni li ma tkunx ingħatat permess tuża l-IRB-CCF għandha tikkalkula l-valur tal-iskopertura bħala l-ammont impenjat iżda mhux miġbud immoltiplikat bl-SA-CCF ikkonċernat.

Istituzzjoni li tuża l-IRB-CCF għandha tikkalkula l-valur tal-iskopertura għal impenji mhux miġbuda bħala l-ammont mhux miġbud immultiplikat bl-IRB-CCF.

Artikolu 166 8a.
Għal skopertura li għalih istituzzjoni ma tkunx ingħatat permess tuża l-IRB-CCF, is-CCF applikabbli għandu jkun l-SA-CCF kif previst fil-Kapitolu 2 għall-istess tipi ta' elementi kif stabbiliti fl-Artikolu 111. L-ammont li għalih għandu jiġi applikat l-SA-CCF irid ikun l-aktar baxx mill-valur tal-ammont impenjat iżda mhux miġbud u l-valur li jirrifletti kwalunkwe restrizzjoni possibbli tad-disponibbiltà tal-faċilità, inkluż l-eżistenza ta' limitu massimu fuq l-ammont ta' self potenzjali li huwa relatat mal-fluss ta' flus irrapportat ta' debitur. Meta faċilità tkun ristretta b'dak il-mod, l-istituzzjoni għandu jkollha proċeduri suffiċjenti ta' monitoraġġ u ta' ġestjoni tal-linji biex issostni l-eżistenza ta' dik ir-restrizzjoni.
Artikolu 166 8b.

Soġġetti għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-użu tal-IRB-CCF kif speċifikati fit-Taqsima 6 għandhom jużaw l-IRB-CCF għal skoperturi li jirriżultaw minn impenji rotanti mhux miġbuda ttrattati skont l-Approċċ IRB, dment li dawk l-iskoperturi ma jkunux soġġetti għal SA-CCF ta' 100 % skont l-Approċċ Standardizzat. L-SA-CCF għandu jintuża għal:

(a) 

l-entrati l-oħra kollha li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, b'mod partikolari l-impenji mhux rotanti mhux miġbuda;

(b) 

skoperturi meta r-rekwiżiti minimi għall-kalkolu tal-IRB-CCF kif speċifikati fit-Taqsima 6 ma jiġux issodisfati mill-istituzzjoni jew meta l-awtorità kompetenti ma tkunx ippermettiet l-użu tal-IRB-CCF.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, impenn għandu jitqies bħala “rotanti” meta jippermetti lil debitur jikseb self li bih id-debitur ikollu l-flessibbiltà li jiddeċiedi kemm spiss jiġbed mis-self u kull kemm żmien, filwaqt li jippermetti lid-debitur jippreleva, jirrimborża u jerġa' jiġbed self avvanzat lilu. L-arranġamenti kuntrattwali li jippermettu prepagamenti u l-ġbid mill-ġdid sussegwenti ta' dawk il-prepagamenti għandhom jitqiesu bħala rotanti.

Artikolu 166 8c.

Meta jintuża l-IRB-CCF għall-fini uniku tal-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u tal-ammonti ta' telf mistenni ta' skoperturi li jirriżultaw minn impenji rotanti għajr skoperturi assenjati għall-klassi tal-iskoperturi f'konformità mal-Artikolu 147(2), il-punt (a), b'mod partikolari skont l-Artikolu 153(1), l-Artikolu 157 u l-Artikolu 158(1), (5) u (10), il-valur tal-iskopertura għal kull skopertura li jintuża bħala input tal-formuli tal-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju u tat-telf mistenni m'għandux ikun inqas mis-somma ta':

(a) 

l-ammont miġbud tal-impenn rotanti;

(b) 

50 % tal-ammont tal-iskopertura li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ tal-parti mhux miġbuda li jifdal tal-impenn rotanti kkalkulat bl-użu tal-SA-CCF applikabbli previst fl-Artikolu 111.

Is-somma tal-punti (a) u (b) għandha tissejjaħ il-“minimu tal-input tas-CCF”.

Artikolu 166 9.
Fejn impenn jirreferi għall-estensjoni ta’ impenn ieħor, għandu jintuża l-iżgħar miż-żewġ fatturi ta’ konverżjoni assoċjat mal-impenn individwali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.