+Artikolu 172 Assenjazzjoni ta’ skoperturi
---+Artikolu 172 1.
---+Artikolu 172 2.
---+Artikolu 172 3.
|
Artikolu 172 Assenjazzjoni ta’ skoperturi
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 172 1.
|
►M17
Għal skoperturi għal gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, skoperturi għal gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku, skoperturi għal istituzzjonijiet u skoperturi għal korporattivi, l-assenjazzjoni ta' skoperturi għandha titwettaq f'konformità mal-kriterji li ġejjin: ◄
(a)
kull debitur għandu jiġi assenjat fi grad ta’ debitur bħala parti mill-proċess tal-approvazzjoni tal-kreditu;
(b)
għal dawk l-iskoperturi li għalihom istituzzjoni tkun irċeviet il-permess tal-awtorità kompetenti biex tużaw l-istimi proprji tal-LGDs u l-fatturi ta’ konverzjoni skont l-Artikolu 143, kull skopertura għandha tkun assenjata wkoll fi grad tal-faċilità bħala parti mill-proċess ta’ approvazzjoni tal-kreditu;
(c)
l-istituzzjonijiet li jużaw il-metodi stabbiliti fl-Artikolu 153(5) għall-assenjazzjoni tal-piżijiet ta’ riskju għall-iskoperturi tal-għoti ta’ self speċjalizzat għandhom jassenjaw kull waħda minn dawn l-iskoperturi fi grad skont l-Artikolu 170(2);
▼M17
(d)
kull entità ġuridika separata li għaliha tkun skoperta l-istituzzjoni għandha tkun ikklassifikata b'mod separat;
▼B
(e)
skoperturi separati għall-istess debitur għandhom jiġu assenjati fl-istess grad ta’ debituri, irrispettivament minn kwalunkwe differenza fin-natura ta’ kull transazzjoni speċifika. Madanakollu, fejn skoperturi separati jitħallew jirriżultaw fi gradi multipli għall-istess debitur, għandu japplika dan li ġej:
(i)
riskju fi trasferiment bejn pajjiżi, meta dan ikun jiddependi minn jekk l-iskoperturi humiex denominati f’munita lokali jew barranija;
(ii)
it-trattament ta’ garanziji assoċjati għal skopertura jistgħu jkunu riflessi f’assenjazzjoni aġġustata għal grad ta’ debitur;
(iii)
il-protezzjoni tal-konsumatur, is-segretezza bankarja jew leġislazzjoni oħra tipprojbixxi l-iskambju tad-data dwar il-klijenti.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (d), istituzzjoni għandu jkollha politiki xierqa għat-trattament ta' klijenti debituri individwali u ta' gruppi ta' klijenti konnessi. Dawk il-politiki għandu jkun fihom proċess għall-identifikazzjoni ta' riskju Speċifiku ta' Korrelazzjoni Negattiva għal kull entità ġuridika li għaliha tkun skoperta l-istituzzjoni. Għall-finijiet tal-Kapitolu 6, tranżazzjonijiet ma' kontropartijiet fejn jiġi identifikat riskju Speċifiku ta' Korrelazzjoni Negattiva għandhom jiġu ttrattati b'mod differenti meta jiġi kkalkolat il-valur tal-iskopertura tagħhom.
|
|
Artikolu 172 2.
|
Għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur, kull skopertura għandha tkun assenjata fi grad jew aggregazzjoni bħala parti mill-proċess tal-approvazzjoni tal-kreditu.
|
|
Artikolu 172 3.
|
Għall-assenjazzjonijiet fi gradi jew aggregazzjonijiet l-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw is-sitwazzjonijiet li fihom il-ġudizzju uman jista’ jipprevala fuq l-inputs jew l-outputs tal-proċess tal-assenjazzjoni u l-persunal responsabbli mill-approvazzjoni ta’ dawn il-prevalazzjonijiet. L-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw dawn il-prevalazzjonijiet u jieħdu nota tal-persunal responsabbli. L-istituzzjonijiet għandhom janalizzaw il-prestazzjoni tal-iskoperturi li l-assenjazzjonijiet tagħhom ġew injorati. Din l-analiżi għandha tinkludi valutazzjoni tal-prestazzjoni ta’ skoperturi li l-klassifikazzjoni tagħhom ġiet modifikata minn persuna partikolari, li hija responsabbli għall-persunal kollu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|