+Artikolu 176 Konservazzjoni tad-data
---+Artikolu 176 1.
---+Artikolu 176 2.
---+Artikolu 176 3.
---+Artikolu 176 4.
---+Artikolu 176 5.

Artikolu 176 Konservazzjoni tad-data

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 176 1.
L-istituzzjonijiet għandhom jiġbru u jaħżnu d-data dwar l-aspetti tal-klassifikazzjonijiet interni tagħhom kif meħtieġ skont il-Parti Tmienja.
Artikolu 176 2.

►M17  Għal skoperturi għal gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, skoperturi għal gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku, skoperturi għal istituzzjonijiet u skoperturi għal korporattivi, l-istituzzjonijiet għandhom jiġbru u jaħżnu: ◄

(a) 

is-sensiliet storiċi kompleti tal-klassifikazzjonijiet dwar debituri u garanti rikonoxxuti;

(b) 

id-dati li fihom ġew assenjati l-klassifikazzjonijiet;

(c) 

id-data ewlenija u l-metodoloġija użata sabiex tingħata l-klassifikazzjoni;

(d) 

il-persuna responsabbli mill-assenjazzjoni tal-klassifikazzjoni;

(e) 

l-identità tad-debituri u l-iskoperturi li saru inadempjenti;

(f) 

id-data u ċ-ċirkostanzi ta’ tali inadempjenzi;

(g) 

data dwar il-PDs u r-rati ta’ inadempjenzi realizzati assoċjati mal-gradi ta’ klassifikazzjonijiet u migrazzjoni ta’ klassifikazzjonijiet.

Artikolu 176 3.
Għal skoperturi li għalihom dan il-Kapitolu jippermetti l-użu tal-istimi proprji tal-LGD jew l-użu tal-IRB-CCF iżda li għalihom l-istituzzjonijiet ma jużawx l-istimi proprji tal-LGD jew tal-IRB-CCF, l-istituzzjonijiet għandhom jiġbru u jaħżnu data dwar il-paraguni bejn l-LGDs realizzati u l-valuri kif stabbilit fl-Artikolu 161(1), u bejn is-CCF realizzati u l-SA-CCFs kif stabbilit fl-Artikolu 166(8a).
Artikolu 176 4.

L-istituzzjonijiet li jużaw l-istimi tal-LGDs u l-fatturi ta’ konverzjoni proprji għandhom jiġbru u jaħżnu:

(a) 

is-sensiliet storiċi kompleti tad-data dwar il-klassifikazzjonijiet tal-faċilitajiet u l-istimi tal-LGD u tal-fattur ta’ konverzjoni assoċjati ma’ kull skala ta’ klassifikazzjoni;

(b) 

id-dati li fihom ġew assenjati l-klassifikazzjonijiet u meta saru l-istimi;

(c) 

id-data ewlenija u l-metodoloġija użati sabiex tiġi ddeterminata l-klassifikazzjoni tal-faċilitajiet u l-istimi tal-LGD u tal-fattur ta’ konverżjoni;

(d) 

il-persuna li assenjat il-klassifikazzjoni tal-faċilità u l-persuna li pprovdiet l-istimi tal-LGD u tal-fattur ta’ konverżjoni;

(e) 

data dwar l-LGDs stmati u realizzati u l-fatturi ta’ konverzjoni assoċjati ma’ kull skopertura inadempjenti;

(f) 

data dwar l-LGD tal-iskopertura qabel u wara l-evalwazzjoni tal-effetti ta’ garanzija/jew derivat ta’ kreditu, għal dawk l-istituzzjonijiet li jirreflettu l-effetti tal-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu tal-garanziji jew tad-derivati ta’ kreditu permezz tal-LGD;

(g) 

data dwar il-komponenti tat-telf għal kull skopertura inadempjenti.

Artikolu 176 5.

Għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur, l-istituzzjonijiet għandhom jiġbru u jaħżnu:

(a) 

data użata fil-proċess ta’ allokazzjoni tal-iskoperturi fi gradi jew aggregazzjonijiet;

(b) 

data dwar il-PDs, l-LGDs u l-fatturi ta’ konverzjoni stmati assoċjati ma’ gradi jew aggregazzjonijiet ta’ skoperturi;

(c) 

l-identità tad-debituri u l-iskoperturi li saru inadempjenti;

(d) 

għal skoperturi inadempjenti, id-data dwar il-gradi jew l-aggregazzjonijiet li fihom kienet assenjata l-iskopertura fis-sena qabel l-inadempjenza u r-riżultati realizzati fuq l-LGD u l-fattur ta’ konverzjoni;

(e) 

data fuq ir-rati ta’ telf għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur rotattivi li jikkwalifikaw.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.