+Artikolu 178 Inadempjenza ta' debitur jew faċilità ta' kreditu
---+Artikolu 178 1.
---+Artikolu 178 2.
---+Artikolu 178 3.
---+Artikolu 178 4.
---+Artikolu 178 5.
---+Artikolu 178 6.
---+Artikolu 178 7.

Artikolu 178 Inadempjenza ta' debitur jew faċilità ta' kreditu

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 178 1.

Inadempjenza għandha tkun ikkunsidrata li seħħet fir-rigward ta’ debitur partikolari meta sseħħ waħda jew iż-żewg sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-istituzzjoni tikkunsidra li d-debitur x’aktarx mhux se jħallas bis-sħiħ l-obbligazzjonijiet ta’ kreditu tiegħu lill-istituzzjoni, lill-impriża prinċipali jew lil xi waħda mis-sussidjarji tagħha, mingħajr rikors mill-istituzzjoni għal azzjonijiet bħal realizzazzjoni tal-garanziji;

▼M17

(b) 

id-debitur ikun qabeż id-data tal-maturità b'aktar minn 90 jum fuq kwalunkwe obbligazzjoni ta' kreditu materjali lill-istituzzjoni, lill-impriża prinċipali jew lil kwalunkwe sussidjarja tagħha.

▼B

Fil-każ ta’ skoperturi fil-livell tal-konsumatur, l-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw id-definizzjoni ta’ inadempjenza imniżżla fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu fil-livell ta’ faċilita ta’ kreditu individwali, minflok fir-rigward tal-obbligazzjonijiet totali ta’ mutwatarju.

Artikolu 178 2.

Dawn li ġejjin għandom japplikaw għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1:

(a) 

għal self kurrenti, id-data meta tinqabeż il-maturità tibda meta d-debitur ikun kiser il-limitu notifikat, meta jkun ġie notifikat limitu iżgħar mill-obbligazzjonijiet pendenti attwali, jew meta jkun ġibed kreditu mingħajr l-awtorizzazzjoni u l-ammont sottostanti jkun materjali;

(b) 

għall-finijiet tal-punt (a), limitu notifikat jinkludi kwalunkwe limitu ta’ kreditu determinat mill-istituzzjoni u li dwaru d-debitur ikun ġie infurmat mill-istituzzjoni;

(c) 

il-ġranet li jkunu għaddew minn meta tinqabeż il-maturità għall-karti ta’ kreditu jibdew mid-data tal-maturità tal-pagament minimu.

(d) 

ir-rilevanza tal-maturità skaduta ta’ obbligazzjoni ta’ kreditu għandha tkun ivvalutata fuq bażi ta’ limitu, li jkun definit mill-awtoritajiet kompetenti. Dan il-limitu għandu jirrefletti livell ta’ riskju li l-awtorità kompetenti tikkunsidrah bħala raġonevoli;

(e) 

l-istituzzjonijiet għandu jkollhom linji politiċi dokumentati fir-rigward ta’ kif jgħoddu l-ġranet tal-iskadenza tal-maturità, b’mod partikolari fir-rigward ta’ rimaturazzjoni tal-faċilitajiet u l-għoti ta’ estensjonijiet, emendi jew diferimenti, rinnovamenti, u netting tal-kontijiet eżistenti. Dawn il-linji politiċi għandhom jiġu applikati b’mod konsistenti maż-żmien, u għandhom ikunu konformi mal-ġestjoni interna tar-riskju u l-proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-istituzzjoni.

Artikolu 178 3.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, l-elementi li għandhom jittieħdu bħala indikaturi ta’ improbabbiltà ta’ ħlas għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

(a) 

l-istituzzjoni tagħti lill-obbligazzjoni ta’ kreditu status ta’ mhux dovuta;

(b) 

l-istituzzjoni tirrikonoxxi aġġustament ta’ kreditu speċifiku li jirriżulta minn tnaqqis sinifikanti pperċeput fil-kwalità ta’ kreditu wara li l-istituzzjoni tkun assumiet l-iskopertura;

(c) 

l-istituzzjoni tbiegħ l-obbligazzjoni ta’ kreditu b’telf ekonomiku materjali relatat mal-kreditu;

▼M17

(d) 

l-istituzzjoni tagħti l-kunsens tagħha għal miżura ta' trażżin kif imsemmi fl-Artikolu 47b tal-obbligazzjoni ta' kreditu meta dik il-miżura x'aktarx tirriżulta f'obbligazzjoni finanzjarju mnaqqsa minħabba l-maħfra materjali, jew posponiment, ta' kapital, imgħax jew fejn rilevanti, tariffi;

▼B

(e) 

l-istituzzjoni fetħet proċedura għall-falliment tad-debitur jew xi proċedura simili fir-rigward tal-obbligazzjoni ta’ kreditu ta’ debitur lill-istituzzjoni, l-impriża prinċipali jew xi waħda mis-sussidjarji tagħha;

(f) 

id-debitur fittex jew tqiegħed f’falliment jew fi protezzjoni simili fejn dan jevita jew idewwem ir-ripagament ta’ obbligazzjoni ta’ kreditu lill-istituzzjoni, l-impriża prinċipali jew xi waħda mis-sussidjarji tagħha.

Artikolu 178 4.
L-istituzzjonijiet li jużaw data esterna li hija stess mhijiex konsistenti mad-definizzjoni tal-inadempjenza stabbilita fil-paragrafu 1, għandhom jagħmlu l-aġġustamenti adatti sabiex jiksbu ekwivalenza wiesgħa mad-definizzjoni ta’ inadempjenza.
Artikolu 178 5.
Jekk l-istituzzjoni tikkunsidra li skopertura li diġà saret inadempjenti hija b’tali mod li l-ebda skattatur tal-inadempjenza ma jibqa’ japplika, l-istituzzjoni għandha tikklassifika lid-debitur jew lill-faċilità bħallikieku kienu skopertura mhux inadempjenti. Fejn id-definizzjoni ta’ inadempjenza tiġi sussegwentement skattata, jiġi meqjus li seħħet inadempjenza oħra.
Artikolu 178 6.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kondizzjonijiet li awtorità kompetenti għandha timxi magħhom biex tistipula l-limitu msemmi fil-paragrafu 2(d).

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 178 7.
L-ABE għandha toħroġ linji gwida dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Dawn il-linji gwida għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Sal-10 ta’ Lulju 2025, l-EBA għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, biex taġġorna l-linji gwida msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. B'mod partikolari, dak l-aġġornament għandu jqis kif xieraq il-ħtieġa li l-istituzzjonijiet jiġu mħeġġa jinvolvu ruħhom f'ristrutturar tad-dejn proattiv, preventiv u sinifikanti biex jappoġġaw lid-debituri.

Fl-iżvilupp ta' dawk il-linji gwida, l-EBA għandha tqis kif xieraq il-ħtieġa li tingħata biżżejjed flessibilità lill-istituzzjonijiet meta jispeċifikaw x'tikkostitwixxi “obbligazzjoni finanzjarja mnaqqsa” għall-finijiet tal-paragrafu 3, il-punt (d).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.