+Artikolu 180 2.

Artikolu 180 2.

Għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

▼M17

(a) 

l-istituzzjonijiet għandhom jistmaw il-PDs skont il-grad jew l-aggregazzjoni tad-debitur jew tal-faċilità minn medji fit-tul ta' rati ta' inadempjenza ta' sena, u r-rati ta' inadempjenza għandhom jiġu kkalkulati fil-livell tal-faċilità biss meta d-definizzjoni ta' inadempjenza tiġi applikata fil-livell tal-faċilità ta' kreditu individwali skont l-Artikolu 178(1), it-tieni subparagrafu;

▼B

(b) 

l-istimi tal-PDs jistgħu jinħarġu wkoll minn stima tat-total tat-telf u stimi adatti tal-LGDs;

(c) 

l-istituzzjonijiet għandhom iqisu d-data interna għall-assenjazzjoni tal-iskoperturi fi gradi jew aggregazzjonijiet bħala s-sors primarju ta’ informazzjoni sabiex jistmaw il-karatteristiċi tat-telf. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw data esterna (inkluża data aggregata) jew mudelli statistiċi għall-kwantifikazzjoni jekk hemm iż-żewġ rabtiet mill-viċin li ġejjin:

(i) 

bejn il-proċess tal-istituzzjoni ta’ assenjazzjoni ta’ skoperturi fi gradi jew aggregazzjonijiet u l-proċess użat mis-sors tad-data esterna; u

(ii) 

bejn il-profil ta’ riskju intern tal-istituzzjoni u l-kompożizzjoni tad-data esterna;

►C2  (d) 

jekk l-istituzzjoni tidderivi l-istimi medji għal żmien twil tal-PD u l-LGD għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur minn stima ta' telf totali ◄ u stima adegwata tal-PD jew LGD, il-proċess ta’ stima tat-telf totali għandu jissodisfa l-istandards kumplessivi għall-istima tal-PD u l-LGD stabbiliti f’din il-parti, u r-riżultat għandu jkun konsistenti mal-kunċett tal-LGD kif stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 181(1);

▼M17

(e) 

irrispettivament minn jekk istituzzjoni hijiex tuża sorsi ta' data esterni, interni jew aggregati, jew inkella kombinazzjoni ta' dawn it-tlieta, għall-istima tagħha tal-PD, it-tul tal-perjodu tal-osservazzjoni storika sottostanti użat għandu jkun tal-anqas ħames snin għal tal-anqas sors wieħed;

▼B

(f) 

l-istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw u janalizzaw il-bidliet mistennija tal-parametri tar-riskju matul il-ħajja ta’ skoperturi għall-kreditu (effetti ta’ maturazzjoni).

Għal riċevibbli mixtrija fil-livell tal-konsumatur, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw data ta’ referenza interna u esterna. L-istituzzjonijiet għandhom jużaw is-sorsi ta’ data rilevanti kollha bħala punti ta’ paragun.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), il-PD għandha tkun ibbażata fuq ir-rata ta' inadempjenza medja storika osservata ta' sena.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (e), meta l-osservazzjoni disponibbli tkopri perjodu itwal għal kwalunkwe sors, u meta dik id-data tkun rilevanti, għandu jintuża dak il-perjodu itwal. Id-data għandha tinkludi taħlita rappreżentattiva ta' snin tajbin u ħżiena taċ-ċiklu ekonomiku rilevanti għat-tip ta' skoperturi. Soġġett għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw, meta jimplimentaw l-Approċċ IRB, data rilevanti li tkopri perjodu ta' sentejn. Il-perjodu li għandu jiġi kopert għandu jiżdied b'sena kull sena sakemm id-data rilevanti tkopri mill-inqas ħames snin.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.