+Artikolu 181 Rekwiżiti speċifiċi għall-istimi proprji tal-LGD
---+Artikolu 181 1.
---+Artikolu 181 2.
---+Artikolu 181 3.
---+Artikolu 181 4.
---+Artikolu 181 5.
|
Artikolu 181 Rekwiżiti speċifiċi għall-istimi proprji tal-LGD
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 181 1.
|
Fil-kwantifikazzjoni tal-parametri tar-riskju li jridu jkunu assoċjati mal-gradi jew l-aggregazzjonijiet ta’ klassifikazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin speċifiċi għal stimi proprji tal-LGD:
(a)
l-istituzzjonijiet għandhom jistmaw l-LGDs skont il-grad jew l-aggregazzjoni tal-faċilità abbażi tal-medja ta’ LGDs realizzati skont il-grad jew l-aggregat tal-faċilità billi jużaw l-inadempjenzi osservati kollha fis-sorsi tad-data (medja ppeżata tal-inadempjenzi);
(b)
l-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-istimi tal-LGD li huma adatti għal fażi ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku jekk dawn ikunu aktar konservattivi mill-medja fuq perijodu twil. Sakemm sistema ta’ klassifikazzjoni tkun mistennija li tipproduċi LGDs realizzati b’konsistenza skont il-grad jew l-aggregazzjoni tul iż-żmien, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu aġġustamenti fl-istimi tagħhom tal-parametri tar-riskju skont il-grad jew l-aggregazzjoni sabiex jillimitaw l-impatt kapitali ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku;
▼M17
(c)
istituzzjoni għandha tikkunsidra l-firxa ta' kwalunkwe dipendenza bejn, minn naħa, ir-riskju tad-debitur u, min-naħa l-oħra, dak tal-protezzjoni ta' kreditu finanzjata, minbarra ftehimiet ewlenin ta' netting u n-netting fil-karta tal-bilanċ ta' self u ta' depożiti, jew il-fornitur tagħha.;
(d)
id-diskrepanzi fil-munita bejn l-obbligu sottostanti u l-protezzjoni ta' kreditu finanzjata, minbarra l-ftehimiet ewlenin ta' netting u n-netting fil-karta tal-bilanċ ta' self u ta' depożiti, għandhom jiġu ttrattati b'mod konservattiv fil-valutazzjoni tal-LGD tal-istituzzjoni;
(e)
sa fejn li l-istimi tal-LGD iqisu l-eżistenza tal-protezzjoni ta' kreditu finanzjata, minbarra ftehimiet ewlenin ta' netting u n-netting fil-karta tal-bilanċ ta' self u ta' depożiti, dawk l-istimi ma għandhomx ikunu bbażati biss fuq il-valur stmat tas-suq tal-protezzjoni ta' kreditu finanzjata;
(f)
sa fejn li l-istimi tal-LGD iqisu l-eżistenza tal-protezzjoni ta' kreditu finanzjata, minbarra l-ftehimiet ewlenin ta' netting u n-netting fil-karta tal-bilanċ ta' self u ta' depożiti, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu rekwiżiti interni għall-ġestjoni, għaċ-ċertezza legali u għall-ġestjoni tar-riskju ta' dik il-protezzjoni ta' kreditu finanzjata, u dawk ir-rekwiżiti għandhom ikunu ġeneralment konsistenti ma' dawk stabbiliti fil-Kapitolu 4, it-Taqsima 3, is-Subtaqsima 1;
(g)
sa fejn li istituzzjoni tirrikonoxxi protezzjoni ta' kreditu finanzjata, minbarra ftehimiet ewlenin ta' netting u n-netting fil-karta tal-bilanċ ta' self u ta' depożiti, għad-determinazzjoni tal-valur tal-iskopertura għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti f'konformità mal-Kapitolu 6, Taqsima 5 jew 6, kwalunkwe ammont li jkun mistenni li jiġi rkuprat minn dik il-protezzjoni ta' kreditu finanzjata ma għandux jitqies fl-istimi tal-LGD;
▼B
(h)
għall-każ speċifiku ta’ skoperturi diġà f’inadempjenza, l-istituzzjoni għandha tuża s-somma tal-aqwa stima tagħha ta’ telf mistenni għal kull skopertura fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi attwali u l-istat tal-iskopertura u l-istima tagħha taż-żieda fir-rata tat-telf ikkawżata minn telf addizzjonali possibbli mhux mistenni matul il-perijodu ta’ rkupru, jiġifieri bejn id-data tal-inadempjenza u l-likwidazzjoni finali tal-iskopertura;
▼M17
(i)
sa fejn it-tariffi għal pagamenti tard, imposti fuq id-debitur qabel il-ħin tal-inadempjenza, ikunu ġew ikkapitalizzati fir-rapport tal-introjtu tal-istituzzjoni, dawn għandhom jiżdiedu mal-kalkolu tal-iskopertura u tat-telf tal-istituzzjoni;
(j)
għal skoperturi għal korporattivi, istituzzjonijiet, gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, u gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku, l-istimi tal-LGD għandhom ikunu bbażati fuq data fuq perijodu minimu ta’ ħames snin, u jiżdiedu b’sena kull sena wara l-implimentazzjoni sakemm jintlaħaq minimu ta’ seba’ snin, għal mill-inqas sors ta’ data wieħed, jekk il-perijodu ta’ osservazzjoni disponibbli jieħu perijodu itwal għal xi sors, u din id-data tkun rilevanti, għandu jintuża dan il-perijodu itwal.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ta’ dan il-paragrafu l-istituzzjonijiet għandhom iqisu b'mod adegwat l-irkupri realizzati matul il-proċessi ta' rkupru rilevanti minn kwalunkwe tip ta' protezzjoni ta' kreditu finanzjata kif ukoll mill-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata li ma jaqgħux taħt id-definizzjoni fl-Artikolu 142(1), il-punt (10). Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), każijiet li fihom ikun hemm grad sinifikanti ta' dipendenza għandhom jiġu indirizzati b'mod konservattiv. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (e), l-istimi tal-LGD għandhom iqisu l-effett tal-inabbiltà potenzjali tal-istituzzjonijiet li jieħdu kontroll malajr tal-kollateral tagħhom u jillikwidawh.
|
|
Artikolu 181 2.
|
Għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur, l-istituzzjonijiet jistgħu jagħmlu dan li ġej:
(a)
jidderivaw l-istimi tal-LGD minn telf realizzat u l-istimi adatti tal-PDs;
▼M17
(b)
jirriflettu ġbid futur jew fil-fatturi ta' konverżjoni tagħhom jew fl-istimi tagħhom tal-LGD;
▼B
(c)
Għal riċevibbli mixtrija fil-livell tal-konsumatur jużaw data ta’ referenza esterna u interna sabiex jistmaw l-LGDs.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b), meta l-istituzzjonijiet jinkludu ġbid addizzjonali futur fil-fatturi ta' konverżjoni tagħhom, dawk għandhom jitqiesu fl-LGD kemm fin-numeratur kif ukoll fid-denominatur. Meta l-istituzzjonijiet ma jinkludux ġbid addizzjonali futur fil-fatturi ta' konverżjoni tagħhom, dawk għandhom jitqiesu fin-numeratur tal-LGD biss. Għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur, l-istimi tal-LGD għandhom ikunu bbażati fuq data fuq minimu ta' ħames snin. Soġġetti għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw, meta jimplimentaw l-Approċċ IRB, data rilevanti li tkopri perjodu ta' sentejn. Il-perjodu li għandu jiġi kopert għandu jiżdied b'sena kull sena sakemm id-data rilevanti tkopri mill-inqas ħames snin.
|
|
Artikolu 181 3.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:
(a)
in-natura, is-severità u t-tul ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1;
il-kondizzjonijiet li bihom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu istituzzjoni skont il-paragrafu 2 li tuża data rilevanti ◄ li tkopri perijodu ta’ sentejn fejn l-istituzzjoni timplimenta l-Approċċ IRB.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 181 4.
|
L-EBA għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, biex tiċċara t-trattament ta' kwalunkwe tip ta'protezzjoni ta' kreditu finanzjata u protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (a),ta' dan l-Artikolu u għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-parametri tal-LGD;
|
|
Artikolu 181 5.
|
Għall-fini tal-kalkolu tat-telf, l-EBA għandha, sal-31 ta' Diċembru 2025, toħroġ linji gwida aġġornati, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar dan li ġej:
(a)
fir-rigward ta' każijiet li jirritornaw għal status ta' mhux inadempjenti, filwaqt li jiġi speċifikat kif il-fluss ta' flus artifiċjali għandu jiġi ttrattat u jekk huwiex aktar xieraq għall-istituzzjonijiet li jiskontaw il-fluss ta' flus artifiċjali matul il-perjodu attwali ta' inadempjenza;
(b)
il-valutazzjoni ta' jekk il-kalibrazzjoni u l-applikazzjoni tar-rata ta' skont humiex xierqa għall-kalkolu tat-telf ekonomiku fl-iskoperturi kollha.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|